Left arrow Mur Lura

PERFORMANCE AUDIT REPORT: CONTRACT MANAGEMENT CAPABILITIES ACROSS LOCAL COUNCILS

pr0966
Date Icon 30/04/2012

L Awditur Ġenerali kkonkluda studju li jindirizza l applikazzjoni, min-naħa tal kunsilli lokali, tal kapaċitajiet u l prattiċi tal immaniġġjar tal kuntratti. Għall fini ta’ dan l eżerċizzju, l Uffiċċju Nazzjonali tal Verifika addotta stampa komprensiva tal proċess tal immaniġġjar tal kuntratti.

Dan il proċess jibda bid determinazzjoni tal ispeċifikazzjonijiet / kundizzjonijiet meħtieġa fid dokumentazzjoni tat tender / kuntratt, ikompli bil proċess tal aġġudikazzjoni tal offerti preżentati, u jagħlaq bl effettività tal immaniġġjar tal kuntratt.  Din il verifika fuq l effettività iffukat fuq żewġ tipi ta’ kuntratti, li huma l kisi ta’ toroq u l ġbir tal iskart domestiku mħallat.  Ġew magħżula żewġ kunsilli lokali minn kull wieħed mill ħames reġjuni, wieħed b’allokazzjoni finanzjarja li tilħaq it €350,000, jew iktar, u ieħor b’allokazzjoni anqas mill ammont speċifikat.

L Uffiċċju Nazzjonali tal Verifika kkonkluda li l maġġoranza tal kunsilli lokali magħżula ma implimentaw l ebda sistema formali biex jiġu identifikati l bżonnijiet tal lokalità. Biex jittieħdu deċiżjonijiet, il proċess tal identifikazzjoni jiddependi żżejjed fuq sorsi informali ta’ informazzjoni.  L-istess jista’ jingħad fejn jidħlu s sistemi ta’ prijorità, li kienu kważi  ineżistenti. 

Barra minn hekk, l Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika jikkunsidra li l iddisinjar tal ispeċifikazzjonijiet tat tender huma ta’ tħassib sinifikanti.  Relevanti f’dan ir rigward huma l Local Councils (Tendering) Procedures, li m’humiex qegħdin  jindirizzaw ir realtajiet u l bżonnijiet kurrenti minħabba l-fatt li ilhom ħafna ma jkunu aġġornati.    

Wieħed mill iktar fatti inkwetanti kien li ċerti kunsilli għadhom jaħdmu b’numru sinifikanti ta’ kuntratti skaduti.  Barra minn hekk, jidhru wkoll punti oħra rigward l aġġudikazzjoni tal kuntratti, partikolarment fil kriterji tal evalwazzjoni użati. Is sistema addottata fis selezzjoni tal kuntratti ta’ kisi ta’ toroq tiggarantixxi metodi ta’ min joqgħod fuqhom.  Dan għaliex hija assoċjata direttament mar rwol tekniku u profiċjenti tar Rappreżentant tal Kunsill.

Min-naħa l oħra l analiżi fuq il kriterji ta’ evalwazzjoni addottati fil kuntratti tal ġbir tal iskart domestiku mħallat tat riżultati kuntrastanti.  L assenjazzjoni ta’ punti fuq l eżekuzzjoni kienet maħduma b’mod ta’ min joqgħod fuqu, speċjalment minħabba l għajnuna mogħtija mid Dipartiment għall Gvern Lokali, speċifikament fil forma ta’ addendum fit Tendering Procedures. 

Imma s sistema ta’ punti użata fir rigward tal kriterji finanzjarji falliet milli tikklassifika, b’mod adattat, l offerti preżentati.  Dan il metodu ta’ klassifikazzjoni rriżulta f’distribuzzjoni mhux simetrika ta’ punti.  Fejn tidħol il kompilazzjoni ta’ rapporti ta’ evalwazzjoni, numru żgħir ta’ kunsilli lokali urew prattiċi li kienu sinifikament tajbin, filwaqt li oħrajn ġibdu l attenzjoni minħabba li naqsu li jipprovdu, jew ma kellhomx, id dokumentazzjoni mitluba.

Żewġ sistemi differenti kienu użati biex ikejlu l eżekuzzjoni tal kuntratti. Dawn kienu jikkaratterizzaw l evalwazzjoni ta’ kuntratti tekniċi li kienet issir mir Rappreżentanti tal Kunsill, maħtura esternament, u oħrajn mhux tekniċi li kienu jieħdu ħsiebhom is Segretarji Eżekuttivi, Kunsilliera u Sindki rispettivi stess.   

Kwistjoni oħra sinifikanti kienet is sitwazzjoni fejn varjazzjonijiet qabżu l limitu ta’ għoxrin fil mija. F’ċirkustanzi bħal dawn, suppost il-kuntratti jitwaqqfu immedjatament u wara toħroġ sejħa oħra għall offerti. Tista’ tkun offerta sħiħa inkella waħda li tkopri biss fejn kien hemm dawk il varjazzjonijiet.

Ir Rapport jippreżenta numru ta’ rakkomandazzjonijiet li d Dipartiment għall Gvern Lokali, u l kunsilli lokali stess, jistgħu jintroduċu.  Dawn ir rakkomandazzjonijiet, u kopja sħiħa tar Rapport, jidhru fuq is sit elettroniku tal Uffiċċju Nazzjonali tal Verifika - www.nao.gov.mt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow