Left arrow Mur Lura

AKTAR OPPORTUNITAJIET TA’ BOROŻ TA’ STUDJU MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL

pr0963
Date Icon 30/04/2012

Bejn l-1 ta’ Mejju u l-15 ta’ Ġunju, ser ikunu qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-Boroż ta’ Studju fil-livelli ta’ Masters u Dottorat taħt żewġ skemi: Strategic Educational Pathways Scholarships (STEPS) u Malta Government Scholarships Scheme (MGSS-PG).

STEPS

Ko-finanzjata mill-Fond Soċjali Ewropew, l-iskema STEPS waslet issa fit-tmien u l-aħħar sejħa.  Taħt din l-iskema jintlaqgħu applikazzjonijiet għal min jixtieq isegwi kors universitarju li jwassal għal Masters.  Il-kors jista’ jkun permezz ta’ full time, part-time jew permezz ta’ distance learning u mhux itwal minn 24 xahar kalendarju.

Huwa importanti li l-kors jibda minn wara l-1 ta’ Mejju, 2012.

Meta applikant ikun qed ifittex kors bl-intenzjoni li japplika taħt din l-iskema huwa importanti li jkun ċert li r-riżultati jistgħu jiġu ppubblikati sal-31 ta’ Diċembru, 2014.

MGSS-PG

L-iskema MGSS-PG hi finanzjata kollha kemm hi mill-Gvern Malti u taħt din l-iskema jistgħu japplikaw dawk kollha li jixtiequ jagħmlu kors li jwassal għal Masters u għal Dottorat.  Il-kors jista’ jkun full time, part-time jew permezz ta’ distance learning.

Fil-każ tal-Masters, il-kors irid ikun itwal minn 24 xahar kalendarju u jrid jibda matul 2012.

Fil-każ tad-Dottorat, jintlaqgħu wkoll applikazzjonijiet mingħand dawk li bdew qabel l-2012, sakemm matul din is-sena li qegħdin fiha, l-applikant ikun baqalu almenu sentejn mill-kors biex jispiċċah.  Fil-każ li l-kors beda qabel l-2012, jekk applikant jieħu l-borża ta’ studju, l-iskema tiffinanzja l-parti tal-kors mis-sena 2012 ’l quddiem.

Għaż-żewġ skemi, jistgħu japplikaw dawk kollha li diġà għandhom degree universitarja.  Jekk persuna li qiegħda tapplika għandha l-ewwel degree, din irid ikollha almenu t-tieni grad (Second Class).  Xi kundizzjonijiet japplikaw għal dawn iż-żewġ skemi.

Dawk interessati huma mħeġġa jikkonsultaw il-website www.myscholarship.gov.mt għal aktar tagħrif.

Barra minn hekk, sejrin isiru żewġ laqgħat ta’ informazzjoni għall-pubbliku ġenerali.  Waħda sejra ssir Għawdex, fil-11 ta’ Mejju, fl-Iskola tal-Arti, Għajnsielem.  Din tibda fis-6.00 p.m.

Laqgħa oħra ta’ informazzjoni ser issir f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, is-Sibt 12 ta’ Mejju.  Din il-laqgħa tibda fid-9.00 a.m.

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu fl-uffiċċju tal-Customer Care, Direttorati għall-Edukazzjoni, Triq l-Assedju l-Kbir, il-Furjana sa nhar il-Ġimgħa, 15 ta’ Ġunju, 2012 (f’nofsinhar).

Iż-żewġ skemi huma amministrati mid-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.

S’issa, taħt dan iż-żewġ skemi ngħataw aktar minn 200 borża ta’ studju li jwasslu għal Dottorat u kważi 800 borża ta’ studju li jwasslu għal Masters.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow