Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ

pr0962
Date Icon 30/04/2012

Gvern proattiv, Oppożizzjoni negattiva

Filwaqt li l-Partit Politiċi ewlenin madwar l-Ewropa llum qed jitkellmu dwar attivitajiet f’ġieħ il-ħaddiem, l-Oppożizzjoni lokali, għal darboħra, iddeċidiet li toħroġ stqarrija oħra nieqsa minn kull rispett lejn il-ħaddiema li jipprovdu s-servizzi tas-saħħa.

Bħas-soltu l-Oppożizzjoni mhix infurmata u ddeċidiet li tippubblika nofs informazzjoni u veritajiet.  It-trattament li rreferiet għalih l-Oppożizzjoni li huwa wieħed partikolari ħafna li jingħata permezz ta’ Radio Active Iodine.  Li ma semmietx l-Oppożizzjoni hu li fil-preżent hemm 26 pazjent li qed jistennew biex jingħataw it-trattament, li minħabba neċessitajiet radjoattivi, jeħtieġ li l-pazjent jinżamm iżolat għal xi jiem filwaqt li jgħaddu wkoll xi jiem oħra biex “titnaddaf” il-kamra mir-radjoattività.  

Kieku infurmat ruħha sew, l-Oppożizzjoni kienet tirrealizza li d-dipartiment tas-saħħa talab permess lir-Radiation Protection Board sabiex jinbidlu numru ta prattiċi li għandhom iwasslu biex jinqdew aktar pazjent f’iqsar żmien.  Iżda, dan jirrikjedi studju relatat minħabba ir-radjoattività u r-riskji li ġġib magħha. 

Aktar minn hekk il-Ministeru jista jiżvela wkoll li qed tiġi evalwata il-possibilita li dan it-trattament jiġi offrut barra minn pajjiżna.

Sadattant iċ-ċentru l-ġdid tal-onkoloġija li qiegħed jinbena bħalissa se jkollu żewġ kmamar apposta għall-pazjenti li jkollhom bżonn dan it-trattament.  Fil-preżent fl-Isptar Sir Paul Boffa hemm kamra waħda biss.

Dan l-aħħar attakk fil-qasam tal-kanċer jipprova kemm l-Oppożizzjoni ma tafx x’inhu għaddej.

Il-Kura għall-kanċer ingħata prominenza kbira tul din il-leġislatra, permezz ta inizjattivi li qed jagħtu l-frott.  L-Oppożizzjoni injorat għal kollox il-120 mara li ġew salvati permezz tal-programm nazzjonali ta’ screening tas-sider filwaqt li ma ndunatx li ftit tal-jiem ilu il-Gvern ħabbar programm ieħor ta’ screening – il-Colorectal Screening.

Dan kollu jifforma parti minn pjan nazzjonali dwar il-kanċer li ukoll ġie maħsub u qiegħed jiġi imwettaq minn dan il-Gvern.

Ironikament, waqt li l-kelliema tal-Oppożizzjoni kienet qed tikteb stqarrija oħra negattiva mill-Oppożizzjoni, il-Ministru għas-Saħħa kien qiegħed jinawgura investiment ieħor fil-qasam tal-kanċer fl-Isptar Sir Paul Boffa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow