Left arrow Mur Lura

INVESTIMENT TA’ 1.3 MILJUN EWRO F’TEKNOLOĠIJA LI TGĦIN FIL-KURA GĦALL-KANĊER

pr0960
Date Icon 30/04/2012

Il-professjonisti tal-Isptar Sir Paul Boffa issa jistgħu jużaw l-aktar apparat modern disponibbli fil-qasam sabiex iwasslu l-kura bi preċiżjoni waqt li jkunu qed jagħtu r-raġġi.

F’pass ieħor li jkompli jsaħħaħ il-kura għall-kanċer f’pajjiżna, il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità dalgħodu ħabbar investiment ta’ 1.3 miljun Ewro f’apparat teknoloġiku li issa qiegħed jintuża fl-Isptar Sir Paul Boffa.

Il-Ministru spjega kif dan l-investiment issarraf f’erba’ Treatment Planning Stations li permezz ta’ programmi apposta jgħaqqdu flimkien l-informazzjoni miġbura minn eżamijiet mediċi oħra, bħal CT Scan sabiex ir-raġġi jiġu mgħotija bi preċiżjoni fuq it-tumur, u b’mod li ma jintmessux partijiet oħra sani tal-ġisem.  Dan l-appart joffri lill-professjonisti stampa 3D tat-tumur, u dan jippermetti li jsiru l-kalkoli neċessarji.

Il-Ministru Cassar qal sabiex il-Gvern ikollu dejjem l-aħħar teknoloġija għal dan il-qasam, il-Gvern kommess li jinvesti 100,000 Ewro fis-sena sabiex kull Treatment Planning Station ikollha l-aħħar verżjoni tas-software li jagħmlu użu minnu.

Joe Cassar irrimarka li dan l-apparat se jiċċaqlaq għaċ-Ċentru tal-Onkoloġija l-ġdid ladarba dan jitlesta. 

Is-Sur Martin Pirotta, Head of Medical Physics, spjega kif l-apparat jgħin lil Radiation  Physists biex jikkalkula aħjar id-dożi neċessarju kif ukoll id-dettalji kollha relatati.  Hu qal li peress li l-informazzjoni tiġi mgħoddija lil linear accelarator b’mod awtomatiku, d-direzzjoni tar-raġġi tkun waħda preċiża ħafna.  Dan huwa ta’ benefiċċju kbir għall-pazjent minħabba li hekk tingħata d-doża li hija neċessarji biss, b’direzzjoni preċiża.

Dan kollu jkompli jikkonferma l-viżjoni tal-Gvern fil-qasam tal-Kura tal-Kanċer fejn l-investiment hu kontinwu minkejja li fil-mument għaddej ukoll il-bini taċ-Ċentru l-ġdid tal-Onkoloġija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow