STQARRIJA TAD-DIRETTUR TAS-SERVIZZI KORRETTIVI
pr0949
27/04/2012
Illum, għall-ħabta tal-10 ta’ filgħodu, uffiċċjali tal-ħabs waqqfu mara milli ddaħħal sustanza suspettuża fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Il-mara kienet dieħla fil-Faċilità sabiex iżżur lit-tifel tagħha li bħal issa qed iservi numru ta’ sentenzi f’konnessjoni ma’ reati ta’ serq u ttraffikar ta’ droga. Is-sustanza illeċità instabet moħbija fil-partijiet intimi tal-mara waqt tfittxija li saret fuq persuntha minn żewġ uffiċċjali nisa tal-ħabs.
Is-sejba ġiet irrappurtata lill-pulizija li qed tistħarreġ il-każ. Il-persuna in kwistjoni qed tinżamm arrestata.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017