STQARRIJA TAL-GVERN
B’referenza għall-mozzjonijiet imressqa mill-Oppożizzjoni llum, il-Gvern itenni l-pożizzjoni maqbula fil-laqgħa tal-Grupp Parlamentari li nżammet nhar it-Tlieta 24 ta’ April u cioe’ li l-aġenda tax-xogħol Parlamentari għandha tagħti priorita’ lil-Liġi dwar l-Implimentazzjoni tal-Miżuri tal-Budget li qiegħda fi stadju tat-Tieni Qari, u li għandha titressaq għal vot nhar il-Erbgħa 9 ta’ Mejju, skont il-Mozzjoni ta’ Proċedura approvata mill-Parlament fis-seduta 86 tat-2 ta’ Marzu 2009.
Fil-frattemp għandha titressaq għad-diskussjoni u vot, ir-riżoluzzjoni relatata mal-Malita (Mozzjoni 295).
Skont qbil li ntlaħaq il-bieraħ mal-Oppożizzjoni għandu jiġi pubblikat l-abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar l-MCESD biex jiġi diskuss fis-seduta ta’ nhar it-Tnejn 30 ta’ April, bl-iskop li jgħaddi mill-istadji kollha possibilment f’massimu ta’ żewġ seduti.
Kull xogħol ieħor (inkluż iż-żewg mozzjonijiet li ġew preżentati llum mill-Oppożizzjoni) għandu jsir wara d-data tad-9 ta’ Mejju u kif jista’ jiġi deċiż fil-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017