Left arrow Go Back

AKTAR TAGĦRIF DWAR L-AWTIŻMU GĦALL-GĦAWDXIN

pr0916
Date Icon 24/04/2012

Fiċ-Ċentru Santa Marta fir-Rabat Għawdex ittellgħet konferenza bit-titlu An introduction on Autism Spectrum Disorders, li ġiet organizzata mill-Federazzjoni Għawdxija għall-Persuni b’Diżabilità (FGħPD), li topera minn uffiċċju fl-istess ċentru.

Waqt il-ftuħ tal-konferenza, il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono faħħret l-inizjattiva tal-FGħPD li torganizza konferenzi ta’ tagħrif, li jikkumplimentaw ukoll l-impenn u l-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex fil-qasam tad-diżabilità f’Għawdex. Hija semmiet it-titjib li seħħ f’dan il-qasam permezz tat-twaqqif taċ-Ċentru Santa Marta li qed jaqdi l-funzjoni ta’ respite centre għall-persuni adulti li jattendu regolarment għall-attivitajiet li jiġu organizzati matul il-jum, kif ukoll one-stop-shop fl-istess ċentru minn fejn il-persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom jistgħu jinqdew mis-servizzi kollha li għandhom bżonn.

L-Onor. Giovanna Debono faħħret l-impenn li bih qed jaħdmu dawk kollha nvoluti f’dan il-qasam f’Għawdex. Hija qalet li għalkemm fadal ħafna xi jsir, illum il-ġurnata żdiedu l-għarfien u s-servizzi filwaqt li s-soċjetà hija aktar konxja mill-ħtieġa li flimkien mal-bżonnijiet speċjali jridu jiġu kkunsidrati wkoll l-abiltajiet ta’ kull individwu.  Il-Ministru għal Għawdex uriet sodisfazzjon għal mod proattiv li bih qed taħdem il-FGħPD permezz ta’ diversi attivitajiet organizzati fosthom korsijiet speċifiċi bħal ma huma dawk tal-kompjuter, laqgħat ta’ informazzjoni kif ukoll konferenzi.  Faħħret ukoll l-inizjattiva meħuda permezz tal-parteċipazzjoni fil-programm tal-Unjoni Ewropea Promoting the Social Inclusion of Disabled Persons with Challenging Behaviour, bl-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex, il-KNPD u l-Aġenzija Sapport.

Din il-konferenza kienet immexxija mis-Sinjur Melvin Attard u s-Sa. Yanika Attard, żewġ speċjalisti tal-awtiżmu li ilhom jaħdmu f’dan il-qasam għal dawn l-aħħar għaxar snin. Huma taw informazzjoni ġenerali dwar din il-kundizzjoni b’enfasi dwar id-differenzi fl-iżvilupp ta’ individwi partikolarment fl-interazzjoni soċjali, komunikazzjoni, flessibiltà tal-ħsieb u l-imġiba kif ukoll il-perċezzjoni u r-rispons tas-sensi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow