Left arrow Go Back

SERVIZZ TA' CUSTOMER CARE TAS-SIGURTÀ SOĊJALI MILL-KUNSILL LOKALI TA' Ħ'ATTARD

pr0907
Date Icon 23/04/2012

Il-Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja jħabbar li minn għada t-Tlieta 24 ta’ April 2012, id-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali se jibda jagħti servizz ta’ customer care mill-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard.

Dan se jkun qed isir bħala parti minn riforma sħiħa, fil-mod kif id-Dipartiment jagħti s-servizzi tiegħu lill-pubbliku, li se tkun qed titwettaq matul din is-sena.  Il-qafas ta’ din ir-riforma kien tħabbar mill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja Chris Said fis-7 ta’ Marzu li għadda.

Sal-lum residenti ta’ Ħ’Attard imorru biex jinqdew mis-servizz tas-sigurtà soċjali mogħti fl-Uffiċċju Distrettwali ta’ Ħal Balzan iżda minn għada dawn ir-residenti jistgħu jinqdew mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali tagħhom stess.

Bis-saħħa ta’ dan is-servizz, residenti ta’ Ħ’Attard jistgħu jinqdew mill-Kunsill Lokali biex:

•     japplikaw għal kwalunkwe benefiċċju tas-sigurtà soċjali;

•     jirraportaw kwalunke tibdil ta’ ċirkostanzi;

•     japplikaw għal, jew iġeddu l-karta r-roża;

•     jissottomettu ċertifikati tal-mard; u

•     jagħmlu kwalunke talba għall-informazzjoni dwar kwalunkwe materja ta’ sigurtà soċjali.

Dan is-servizz se jkun qed jingħata kull nhar ta’ Tlieta bejn it-8.00am u 12.00pm.

Sadattant fil-ġimgħat li ġejjin, is-servizz, li diġa’ jingħata mill-Kunsill Lokali tal-Gudja ukoll, se jkun qed jiġi estiż għal aktar Kunsilli Lokali bħala parti mir-riforma msemmija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow