STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL
pr0900
22/04/2012
Il-Ministru Dolores Cristina tagħmel libel kontra Dott Muscat
Il-Ministru tal-edukazzjoni u x-xogħol Dolores Cristina se tiftaħ kawża ta’ libel kontra l-Kap tal-Oppożizzjoni Dott Muscat.
Il-kawża ta’ libel kontra Dott Muscat se ssir b’rabta mad-diskors li għamel dalgħodu. L-allegazzjonijiet li għamel Dott Muscat fil-konfront tal-Ministru Dolores Cristina huma infondati.
Din mhix l-ewwel darba li l-Partit Laburista għamel attakki kontra l-familja tal-Ministru Dolores Cristina. Il-libell li se jigi preżentat għada kontra Dott Muscat, jiżdied ma’ żewġ libelli oħra li saru kontra l-media Laburista dwar allegazzjonijiet infondati u attakki personali li saru kontra t-tifel tagħha.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017