Left arrow Mur Lura

RISPOSTA TAL-GVERN GĦAD-DISKORS TA' DOTT MUSCAT

pr0899
Date Icon 22/04/2012

B'aktar attività ekonomiku qed jiżdiedu l-impjiegi u jiżdied aktar in-negozju

Il-proġetti qed joħolqu x-xogħol għall-ħaddiema

Il-politika tal-Gvern qed twassal għal ħolqien ta' aktar impjiegi ġodda. F'erba’ snin, inħolqu 20,000 impjieg ġdid f'setturi differenti u b'hekk il-ħaddiema jaħdmu żdiedu u naqas il-qgħad.

L-ekonomija Maltija kompliet tikber b'rata aktar mgħaġġla minn dik tal-kompetituri tagħha u toħloq rata akbar ta' impjiegi. Għal din is-sena, l-IMF qed ibassar li l-ekonomija Maltija se jkollha t-tielet l-akbar żieda fiż-żona Ewro. Dan it-tbassir huwa frott il-fiduċja li bid-direzzjoni ekonomika li miexi biha l-Gvern, pajjiżna se jkompli jattira aktar investiment, barrani u lokali. Dan ifisser aktar xogħol ta' kwalità aħjar.

It-tkabbir ekonomiku ġej ukoll mis-self employed u n-negozji ż-żgħar ta' pajjiżna. Bħalissa għaddejjin diversi skemi ta’ għajnuna finanzjarja biex jinvestu aktar u jżidu d-dħul għalihom u għall-familji tagħhom.  Fost l-iskemi hemm MicroInvest, il-MicroCredit u l-Fondi tal-ERDF.  B’dawn l-iskemi jingħataw tnaqqis mill-income tax u għajnuna finanzjarja.

Minbarra għajnuna finanzjarja, is-self employed u l-SMEs qed jingħataw assistenza aħjar u b’aktar effiċjenza u b’hekk tonqos aktar il-burokrazija.  Minn din is-sena aktar minn 50 servizz għas-self employed u s-sidien tan-negozji qed jingħataw minn taħt saqaf wieħed “Business First”.  Din il-ġimgħa l-Gvern ħabbar ukoll proċess ta’ konsultazzjoni b’diversi inizjattivi favur is-sidien tal-ħwienet u n-negozji.  Dawn jinkludu t-tneħħija tal-bżonn ta’ liċenzji u traħħis ta’ miżati ta’ liċenzji.  80% tal-attività kummerċjali mhux se jkollha bżonn aktar liċenzja għaliha.  Minflok iridu sempliċiment jinfurmaw lid-dipartiment tal-kummerċ.  Din hi inizjattiva b’saħħitha favur min jaħdem għal rasu fejn il-Gvern qed inaqqas l-ispejjes u jissimplifika l-proċeduri.

Il-Gvern qed iżid is-servizzi online u dan iżid l-effiċjenza u jnaqqas il-burokrazija.

Dott Muscat ikkritika l-proġetti li qed isiru u li qed joħolqu x-xogħol għall-ħaddiema. Il-Gvern qed jinvesti b'mod qawwi fi proġetti ġodda f'kull qasam fl-edukazzjoni, fis-saħħa, fit-toroq, fir-restawr u proġetti f'Għawdex. Fuq il-bini ta' toroq arterjali u residenzjali jaħdmu 1,500 ħaddiema. F'dawn l-4 snin inbnew 4 skejjel ġodda. Fuq is-sit tal-kostruzzjoni ta' kull skola jkun hemm jaħdmu 70 ħaddiem u 50 ħaddiem iehor jipprovdu servizzi oħra bħalma huma bankijiet tal-iskola, aluminium u tagħmir għall-iskola. Fuq il-proġett tad-daħla tal-Belt qed jaħdmu direttament 100 ħaddiem. Fuq ir-restawr tas-swar qed jaħdmu 125 haddiem. Filwaqt li Dott Muscat qed jikkritika l-proġetti li qed isiru, mhux jirrealiżża li dawn il-proġetti joħolqu x-xogħol għall-ħaddiema, għas-self employed u għas-sidien tan-negozji.

Kuntrarju għal dak li qal Dott Muscat il-budget għal din is-sena għall-edukazzjoni, is-saħħa, il-qasam soċjali hu iżjed milli kien is-sena li għaddiet.  Din is-sena qed jiżdiedu s-servizzi edukattivi għat-tfal fl-iskejjel, qed jiżdiedu l-mediċini li jingħataw b’xejn u t-testijiet mediċi li jsiru u qed jiżdiedu aktar il-pensjonijiet u s-servizzi għall-anzjani fil-komunità u fid-djar residenzjali.  Dan juri l-impenn soċjali tal-Gvern.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow