Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-GVERN

pr0898
Date Icon 22/04/2012

Risposta għad-diskors ta’ Dott. Muscat

Inkompetenza mill-Oppożizzjoni

Dott Muscat fid-diskors tiegħu ta’ dalgħodu dwar il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar il-Partnership for Peace ikkonferma l-inkompetenza tal-Oppożizzjoni Laburista, li ma fehmet xejn mill-cable li ġie pubblikat. 

Id-diskors u l-aġir ta’ Dott Muscat itellef mir-reputazzjoni ta’ Malta mal-barranin.

Nhar il-Ġimgha l-Oppożizzjoni Laburista (Dr George Vella u Dr Luciano Busuttil) resqet mozzjoni li biha uriet li lanqas biss fehmet il-cable li Wikileaks qalet li ntbagħtet mill-Ambaxxata Amerikana lill-Unjoni Ewropea fl-10 ta’ Novembru 2004.

Il-cable tirreferi għal-laqgħa li saret f’Novembru 2004 biex Malta jkollha aċċess għad-dokumenti tan-NATO li għandhom x’jaqsmu mal-Unjoni Ewropea u hekk Malta tkun tista’ tipparteċipa fil-laqgħat strateġiċi bejn l-Unjoni Ewropea u n-NATO.  Il-laqgħa saret bejn ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea u diplomatiċi mill-Ambaxxata Amerikana għall-Unjoni Ewropea. 

Hu ċar li d-diskussjonijiet kienu fuq is-security (of documents)agreements man-NATO li Malta kienet iffirmat fl-1996.

Fl-2004 la kien hemm proposta u lanqas saret diskussjoni biex Malta tirriattiva is-sehem tagħha fil-Partnership for Peace.  Malta irriattivat is-sehem tagħha fil-Partnership for Peace fl-2008.  Għalhekk il-konklużjonijiet ta’ Dott Muscat li fl-2004 saru diskussjonijiet dwar ir-riattivazzjoni tas-sehem ta’ Malta fil-Partnership for Peace huma totalment żbaljati.

Dott Muscat qed juri inkompetenza kbira, għaliex lanqas fehem dak li hemm miktub fil-cable.

Pajjiżna jixraqlu Oppożizzjoni serja u kompetenti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow