DELEGAZZJONI PARLAMENTARI TATTENDI KONFERENZA FID-DANIMARKA
pr0891
20/04/2012
Delegazzjoni Parlamentari komposta mill-Onor. Beppe Fenech Adami, MP u l-Onor. Anġlu Farrugia, MP attendew u pparteċipaw f’laqgħa inter-parlamentari bejn is-16 u s-17 ta’ April 2012 f’Kopenhagen fid-Danimarka.
Din il-laqgħa kienet organizzata mill-Kumitat Parlamentari dwar in-Negozju, it-Tkabbir u l-Kummerċ tal-Folketinget (Parlament) Daniż.
Dawn il-laqgħat jifformaw parti minn programm ta’ attivitajiet mtella’ mill-parlament nazzjonali ta’ dak il-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea.
Il-Membri Parlamentari Maltin, flimkien mal-parlamentari tas-26 Stat Membru l-ieħor tal-Unjoni Ewropea, eżaminaw l-importanza li l-principju ta’ Suq Wieħed Ewropew jissaħħaħ biex b’hekk tikber l-ekonomija u x-xogħol.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017