Left arrow Mur Lura

PRINĊIPAL ĠDID GĦALL-MCAST

pr0890
Date Icon 20/04/2012

Is-Sur Stephen Cachia hu d-Designate Principal tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija.  Hu se jkun is-suċċessur tal-Professur Maurice Grech li talab biex ma jerġax jinħatar meta jiskadi t-terminu tal-ħatra tiegħu f’Settembru ta’ din is-sena.

Prof. Maurice Grech se jkompli bil-ħidma tiegħu fl-Università ta’ Malta fejn hu lettur u riċerkatur fid-Dipartiment tal-Metallurġija u Materjali fil-Fakultà tal-Inġinerija. Fis-snin li ilu jmexxi l-MCAST, il-Professur Grech għamel xogħol kruċjali għall-iżvilupp ta’ din l-istituzzjoni edukattiva tant importanti f’pajjiżna.

Stephen Cachia twieled il-Furjana fl-1966.  Hu ggradwa B.Ed. (Hons) mill-Università ta’ Malta u wara għamel post graduate Diploma fl-Edukazzjoni (Amministrazzjoni u fil-Management) mill-istess Università.  Fl-2004 iggradwa Masters fl-Edukazzjoni (Educational Management) mill-Università ta’ Sheffield.

Is-Sur Cachia għallem l-Ingliż u Studji Soċjali fl-iskola tas-Snajja’ Umberto Colosso u wara fl-Iskola Sekondarja tas-Subien San Franġisk t’Assisi f’Santa Venera.  Inħatar Assistant Kap tal-Iskola Sekondarja tas-Subien ta’ Ħaż-Żebbuġ u wara serva għal tliet snin bħala Aġent Kap tal-Iskola Sekondarja tas-Subien tal-Fortini, il-Birgu.  Aktar tard inħatar Kap tal-Junior Lyceum tas-Subien, ta’ Verdala, Bormla u kompla jmexxi din l-iskola meta saret is-Sekondarja tas-Subien tal-Kulleġġ Santa Margerita u fl-2010 inħatar Prinċipal tal-Kulleġġ Santa Margerita li jiġbor fih 7 skejjel primarji u 4 sekondarji.

Hu kien membru attiv ta’ numru ta’ organizzazzjonijiet soċjali u ambjentali u kien membru fundatur tal-Alternattiva Demokratika li tagħha kien Segretarju Ġenerali u Deputat Chairperson għal numru ta’ snin.

Stephen Cachia hu miżżewweġ lil Dorianne nee’ Mifsud u għandu żewġt itfal, Marta ta’ 13 u Klara ta’ 11-il sena.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow