Left arrow Mur Lura

L-ONOR CLYDE PULI, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT JIPPREŻENTA R-RAPPORT TAR-RABA’ SENA TA’ ĦIDMA

pr0883
Date Icon 19/04/2012

- Aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ biex jirnexxu lkoll
- Malta b’waħda mill-anqas rati ta’ qagħad fost iż-żgħażagħ
- Il-baġit tal-isport kważi irdoppja f’dawn l-aħħar 4 snin

Iż-żmien taż-żgħożija huwa żmien ikkaratterizat minn diversi transizzjonijiet fil-ħajja: mill-adoloxxenza għall-stat ta’ adult; mill-bank tal-iskola għal post tax-xogħol; mill-familja tat-trobbija għal formazzjoni ta’ familja ġdida.  Dawn il-bidliet u oħrajn bħalhom, waqt is-snin ta’ formazzjoni, jġibu magħhom sfidi u opportunitajiet għaż-żgħażagħ tagħna.

F’dawn  l-erbgħa snin, ħadna diversi inizjattivi biex liż-żgħażagħ nipprovdulhom il-ħiliet u l-opportunitajiet meħtieġa biex jirnexxu. 

Illum, 73% taz-żgħażagħ qed ikomplu jistudjaw wara l-Form V. Dan, mhux biss ifisser, żieda ta’ 30% fuq l-l999, iżda wkoll l-akbar ammont ta’ żgħażagħ li qatt kompla jistudja.

Din il-qabża ma seħħitx b’kumbinazzjoni: Seħħet għaliex ftaħna l-bibien tal-Università beraħ, b’mijiet ta’ korsijiet ġodda minn fejn jagħżlu ż-żagħażgħ tagħna. Seħħet għaliex investejna fl-MCAST, fl-ITS u f’1,500 scholarship inkluż dawk fl-arti u fl-isport. Seħħet ukoll, għaliex ħloqna programmi bħal Youth Inc li jagħtu opportunità oħra lil dawk li ħarġu mis-sekondarja mingħajr ċertifikati. Fl-istess illum għandna l-akbar numru ta’ studenti li qed jieħdu stipendju – 18,600.

Is-sena li ghadiet nidejna, Aġenzija Żgħażagħ, li qed tassigura li l-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ Maltin ikunu riflessi fil-politika u l-inizjattivi nazzjonali. 

Permezz ta’Aġenzija Żgħażagħ qed noffru programmi ta’ empowerment u ta’ edukazzjoni mhux formali.: 600 żgħażugħ u żgħażugħa ħadu sehem fil-programm tal-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagh;  36 għaqda tal-banda applikaw għal skema tal-Gvern li tghinhom jaghllmu l-muzika lil mijiet żgħażagħ; inċentivajna l-kitba għall-adoloxxenti u ħarriġna awturi żgħażagħ fis-sena tal-kitba; u bħalissa qed nimmodernizzaw żewġ Youth Activity Centers biex l-għaqdiet taż-żgħażagħ ikollhom aktar fejn jorganizzaw l-attivitajiet tagħhom.

Fl-aħħar 4 snin kważi irdoppjajna il-baġit għall-isports. Din is-sena qed ngħatu pakket ta’ assistenza rekord ta’ 8 miljun ewro. Bnejna Kumpless Sportiv ġdid f’Ħal Kirkop b’investiment ta’ €3.5 miljun;  Għamilna 33 kumpless tal-football b’turf sintetiku u fix-xhur li gejjin se nlestu 19 il-pitch ieħor, biex kull klabb tal-futbol f’Malta jkollu faċilità moderna għall-użu tiegħu. B’hekk aktar minn 9,000 tifel u tifla se jkunu qed jgawdu minn faċilitajiet ta’ kwalità, biex jiddevertu u biex jieħdu ħsieb saħħithom.

F’dawn l-4 snin nidejna diversi skemi li jassistu lill-atleti tagħna fit-taħriġ tagħhom. Din is-sena se niftħu skola ġdida tal-isport biex it-talent nindokrawh mill-bidu. Fl-istess waqt qed inwaqqfu unit fl-armata, li tirrekluta atleti Nazzjonali li xogħlhom jitħarrġu u jikkompetu biex jagħmluna kburin li aħna Maltin. 

Iżda aħna nemmnu li l-isport huwa ta’ benefiċċju għal kulħadd u għaldaqstant qed nipprovaw inwessgħu kemm nistgħu il-parteċipazzjoni fl-isport: fost it-tfal, iż-zgħażagħ, in-nisa, l-anzjani u l-persuni b’dizabilità.

Għal dan il-għan waqqafna l-Sport Promotion Unit biex toffri programmi sportivi waqt u wara l-ħin tal-iskola lil xejn anqas minn 31,000 tifel u tifla. Il-faċilitijiet sportivi tal-iskejjel qed niftħuhom għall-komunità u issa qed jintużaw mhux biss minn 31 għaqda sportiva iżda anke minn 750 persuna li qed jagħmlu użu mit-track sintetika, għal mixi u l-jogging, f’Tal-Handaq u f’Ħal-Kirkop. Fi ftit ġimgħat oħra nifthu wkoll it-track tal-iskola tal-Mosta għall-użu tar-residenti tal-inħawi. Sentejn ilu bnejna l-ewwel outdoor fitness center f’Ta’ Qali u din is-sena se nibnu 4 oħra, biex kulhadd ikollu l-opportunità li jagħmel l-ezerċizzju fiżiku u jieħu ħsieb saħħtu.

 F’dawn l-4 snin komplejna nkunu ta’ sostenn u appoġġ għal;-familja żagħżugħa u moderna: Żidna il-maternity leave b’erbgħa ġimgħat oħra, żidna r-rata minima ta’ childrens allowance għal aktar minn 18,000 familja; naqqasna t-taxxa lil madwar 55,000 ġenitur li qed irabbi u ftaħna 8 childcare centres biex illum nakkomodaw 600 tifel u tifla.

Fil-qasam tax-xogħol komplejna noħolqu aktar opportunitajiet ġhaż-żgħażagħ tagħna. Mhux biss ħloqna 20,000 impieg ġdid f’4snin iżda illum għandna waħda mill-anqas rati ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea.

Flimkien ħloqna, l-opportunitajiet u x-xogħol....għalik u għaż-żgħażagħ tagħna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow