Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA, KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U L-FAMILJA

pr0878
Date Icon 19/04/2012

Il-Partit Laburista b’politika li jimmina l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali

Il-Kostituzzjoni ta’ Malta tistabbilixxi li l-prosekuzzjoni mmexxija mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali hija indipendenti u l-ebda Ministru ma għandu s-setgħa illi jindaħal fil-mod kif din titmexxa.

Jekk il-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja jaħsibha xort’oħra dwar dan, il-poplu Malti u Għawdxi għandu għaliex ikun inkwetat. Id-dikjarazzjoni li għamel l-Onor. Jose’ Herrera li l-politiċi huma responsabbli għad-deċiżjonijiet tal-Avukat Ġenerali juru li l-Partit Laburista jemmen b’xi mod li jista’ jkun hemm indħil mill-politiċi lill-Avukat Ġenerali. L-indħil mill-politiċi jimmina l-indipendenza tal-istess Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

Il-kwistjoni kollha ma għandha x’taqsam xejn ma kemm għandu jew kellu staff l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.  F’dan il-każ inkwistjoni l-Uffiċċju tal-Avukat Generali ma kienx qed imexxi l-Prosekuzzjoni fil-Qorti.  Il-partijiet preżenti għal proċeduri u b’mod partikulari l-parte civile qatt ma ġibdet l-attenzjoni tal-uffiċċjal prosekutur li kien hemm diskrepanza dwar il-lok tar-reat  fil-verżjonjiet li kienu ngħataw waqt l-investigazzjoni u dik li ngħatat waqt ix-xhieda  fil-Qorti.

Kif kien ġie spjegat fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fit-8 ta’ Awwissu 2011, id-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li ma jitlobx il-korrezzjoni fl-akkuża fi stadju avvanzat tal-każ ittieħdet biex ikunu evitati konsegwenzi agħar.  Talba għal korrezzjoni f’dak l-istadju setgħet wasslet għall-preskrizzjoni tal-każ bl-akkużi kollha jaqgħu fil-konfront tal-akkużat.

L-Uffiċċju tal-Avukat Generali dejjem iddefenda l-ordni pubbliku u qatt ma aġixxa b'mod tant irresponsabbli li jħalli l-każ kollu jaqa'.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow