Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U L-FAMILJA

pr0862
Date Icon 17/04/2012

Malta f’pożizzjoni li tiffirma Protokoll dwar il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet tat-Tfal

Il-Liġi Maltija fiha numru ta’ dispożizzjonijiet illi jipproteġu d-drittijiet tat-tfal.  L-interessi tat-tfal fil-Qorti huma protetti wkoll permezz tal-Avukat tat-Tfal.  Dan kollu jfisser li kuntrarjament għal dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni, Malta tinsab f’pożizzjoni li tiffirma t-Tielet Protokoll Opzjonali tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet tat-Tfal li nfetaħ għall-firem fit-28 ta’ Frar li għadda.

L-istqarrija maħruġa aktar kmieni llum mill-Oppożizzjoni Laburista hi intenzjonata biss biex tħawwad l-imħuħ u tixhed in-nuqqas ta’ preparazzjoni tal-Oppożizzjoni. L-Oppożizzjoni donnha trid tippolitiċizza anke lit-tfal u tattribwixxi lill-Gvern dak kollu li jista’ qed idejjaqhom. Il-kelliema tal-Oppożizzjoni Laburista missha taf aħjar. Dan  imur b’mod manifest kontra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal. It-tfal ma għandhomx jintużaw bħala strument jew ballun politiku kif tipprova tagħmel l-istqarriija tal-Oppożizzjoni bl-iskuża tal-Protokoll.

L-iffirmar tat-Tielet Protokoll ta’ din il-Konvenzjoni infetaħ anqas minn xahrejn ilu u Malta diġa tat l-indikazzjoni li se tkun qed tiffirma dan il-Protokoll fiż-żmien li ġej. Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, wara konsultazzjoni mal-Ministru għall-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja, fil-ġimgħat li għaddew beda l-proċedura sabiex dan il-Protokoll ikun iffirmat mill-Ambaxxatur ta’ Malta għan-Nazzjonijiet Uniti fi New York.

Sadanittant il-ħidma dwar il-Politika Nazzjonali dwar it-Tfal daħlet f’fażi mill-aktar interessanti hekk kif il-proċess ta’ konsultazzjoni dwarha issa jinsab fl-aqwa tiegħu. Il-Ministru tal-Ġustizzja, l-Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja Chris Said, fil-ġimgħat li għaddew, kellu numru ta’ laqgħat ma’ entitajiet differenti dwar l-abbozz ta’ din il-politika li tnieda f’Diċembru li għadda permezz ta’ dokument imsejjaħ ‘Kburin bi Tfulitna’. Issa jmiss li matul ix-xahar ta’ Mejju isiru numru ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni pubblika li għandhom jgħinu sabiex dan id-dokument ikun irfinut.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow