Left arrow Go Back

RINGRAZZJAMENT MILL-ISPTAR MATER DEI

pr0831
Date Icon 12/04/2012

It-tmexxija tal-Isptar Mater Dei tirringrazzja lill-pubbliku għall-kollaborazzjoni li wera hekk kif l-Isptar ħabbar li sar kompletament smoke free.

Kif kien tħabbar fl-4 ta’ Frar 2012, fil-jum dinji kontra l-kanċer, kemm il-pazjenti kif ukoll il-ħaddiema tal-Isptar Mater Dei issa jistgħu jpejpju biss fi tliet żoni speċifiċi fuq in-naħa ta’ barra tal-isptar. Qabel ma ttieħed dan il-pass, kien hemm diversi btieħi u żoni miftuħa li fihom kien qiegħed isir tipjip.

Din l-inizjattiva, li tifforma parti mill-pjan nazzjonali dwar il-kanċer, issa ilha xahrejn fis-seħħ b’mod uffiċjali. Bil-kollaborazzjoni ta’ dawk kollha involuti din l-inizjattiva irnexxiet u fil-fatt ma għadux isir tipjip barra miż-żoni indikati.

Għaldaqstant, it-tmexxija tal-Isptar qed tibgħat nota ta’ ringrazzjament lill-pubbliku in ġenerali u lill-professjonisti u ħaddiema varji li jaħdmu fi ħdanu.

Intlaqa’ wkoll b’mod pożittiv il-programm għall-waqfien mit-tipjip imniedi għall-ħaddiema tal-isptar mid-Direttorat għall-promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-mard.  Filwaqt li programmi simili kienu diġà saru fil-passat, issa li l-isptar ġie smoke free, l-interess kompla jiżdied u aktar persuni qed juru interess biex jieqfu mit-tipjip.

Dawk kollha li huma interessati li jieqfu mit-tipjip jistgħu jsibu għajnuna professjonali u b’xejn billi jċemplu fuq 2326 6000.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow