Left arrow Mur Lura

IL-ĦIDMA FIL-FAĊILITÀ KORRETTIVA TA’ KORDIN TKOMPLI TĦALLI L-FROTT

pr0826
Date Icon 12/04/2012

Il-Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari jieħu l-okkażjoni sabiex jirrimarka dwar il-ħidma li saret u li qed tkompli issir ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tar-riforma tal-ġustizzja riparatriċi, kif ukoll ir-riformi amministrattivi li qed isiru fil-faċilità.

Il-ġlieda kontra d-droga f’kull ħabs fid-dinja hija sfida li tiġi kkumbattuta jum wara jum. L-interċetazzjoni kontinwa u effettiva kontra persuni li jippruvaw idaħħlu droga fil-Faċilità qed tkompli tħalli l-frott. Il-każ ta’ din il-ġimgħa fejn żewġ persuni nżammu milli jdaħħluha u li tressqu l-Qorti akkużati jingħaqad ma’ numru ta’ każijiet oħra ta’ interċettazzjonijiet li seħħew mill-bidu tas-sena 2011 ’l hawn.

Ta’ min ifakkar il-fatt li mill-erba’ mija u ħamsin persuna li ġew kkundannati fil-Faċilità mill-Qrati b’reati speċifikament marbuta ma’ droga f’dawn l-aħħar erba’ snin, kienu erbatax dawk il-persuni li reġgħu sabu ruħhom fil-ħabs. Din hija indikazzjoni ċara li tul dawn l-aħħar snin sar xogħol effettiv sabiex jiġu rijabilitati persuni li spiċċaw fil-Facilità. Dan huwa preċiżament parti mill-ħidma marbuta mal-ġustizzja riparatriċi sabiex dawk li kienu fit-triq żbaljata jbiddlu għemilhom.

Irid jingħad ukoll li din il-ħidma qed tiġi riflessa wkoll f’attivitajiet li sa ftit ilu ftit li xejn setgħu jiġu relatati mal-operat tal-ħabs u r-residenti tiegħu. Ftit tal-jiem ilu, fit-2 ta’ April ġie mtella’ dramm bl-isem ta’ ‘Għotja’ barra mill-Faċilità. Id-dramm kien miktub u mtella’ kollu kemm hu mir-residenti tal-Faċilità li sabu l-assitenza sħiħa tad-Direttur u l-persuni nkarigati tal-ħabs. Dan huwa ukoll parti mill-proċess li qiegħed isir sabiex dawk li huma kkundannati jingħataw l-għodda sabiex jinbidlu, dejjem jekk iridu. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow