Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA

pr0823
Date Icon 11/04/2012

B’referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret mill-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN, Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita jinnota bi pjaċir li dak li l-MUMN qed tgħid jirrifletti l-viżjoni tal-Gvern fil-politika mħaddna għas-settur tas-saħħa.

Fil-fatt kien proprju dan il-Gvern li nvesta f’riċerka sabiex tiġi studjata b’mod xjentifiku is-sitwazzjoni demografika u soċjoloġika tal-popolazzjoni Maltija, liema studju ġew użati fl-ippjanar tas-servizzi tas-saħħa.

Fiċ-ċentru ta dawn is-servizzi hemm diversi professjonisti, fosthom l-infermiera, li huma essenzjali, iżda mhux waħdihom.  L-Involviment ta` professjonijiet oħra huwa mhux biss inevitabbli imma obbligu minn kull min imexxi xi tip ta servizz relatat mas-saħħa. Kien għalekk li, b’inizjattivi varji il-Gvern involva lil dawk kollha involuti f’livelli differenti.  Hekk seħħ anke fit-twaqqif tat-task force, li sa issa, l-MUMN għażlet li ma tiffurmax parti minnu.

Is-servizzi fil-livell ta Kura Primarja ssaħħu wkoll u fil-fatt aktar nies qed jgħażlu li jagħmlu użu mis-servizzi li jingħataw fil-komunita permezz taċ-ċentri tas-saħħa, il-bereġ u saħansitra anke fid-dar tal-pazjent.  Il-fatti juru li matul is-sena li għaddiet biss twasslu aktar minn miljun servizz mid-dipartiment tal-kura primarja.

L-anzjani illum għandhom ferm aktar benefiċċji minn qatt qabel, filwaqt li l-kura li qed titwassal f’dan il-qasam hija waħda li għamlet bidla radikali il-quddiem. Matul dawn is-snin  tħarrġu madwar 400 carer sabiex jissaħħaħ is-servizz filwaqt li ftit ilu infetħet Zammit Clapp nursing home fejn hemm 84 sodda ġdida li se komplu jiżdiedu għall 96.  Huwa biżżejjed li wieħed iħares lejn il-bidla li saret fir-residenza San Vinċenz de Paul, fejn illum hemm ambjent ferm aħjar. Barra minn hekk, f’din il-leġislatura inħolqu 800 sodda aktar għall użu minn anzjani, filwaqt li isaħħu servizzi bħal tat-telecare, homehelp, commcare, servizzi ta outreach, handyman, meals on wheels, u inħolqu oħrajn ġodda, bħal fil-każ tan-night shelters, li lkoll jgħinu lill-anzjan sabiex jibqa jgħix fil-komunita. 

Filwaqt li għadejja ħidma kontinwa biex dan kollu ikompli jitjieb, wieħed ma jisax jinjora l-fatt li anke il-mod ta taħriġ professjonali fil-qasam inbidel matul is-snin, u finalment jirriżulta fi professjonisti imħarrġa b’mod aktar adattat għas-sitwazzjonijiet li se jiltaqgħu magħhom.  Dawn l-avvanzi jissarfu f’kura aħjar għall-pazjent.

Il-Ministeru jfakkar ukoll li din is-sena, fi ftit tax-xhur oħra, aktar minn 200 student infermier se jtemmu l-istudji tagħhom u se jkunu jistgħu jingħaqdu mall-kumplament tal-infermiera ladarba jiksbu l-kwalifikii neċessarji.

Dan in-numru sabiħ ta gradwati jirrifletti wkoll il-politika tal-Gvern fil-qasam,  li ħa passi biex il-kors ta’ taħriġ, kemm fil-livell ta diploma u anke dak tal-baċċellerat, isir wieħed ta tlett snin filwaqt li jinżamm l-istess livell għoli ta’ taħriġ hekk kif rikonoxxut mill-Unjoni Ewropea.  Saret ukoll ħidma li rriżultat fl-iżvilupp ta’ taħriġ fil-livell ta baċċellerat speċjalizzat f’oqsma partikolari bħall community nursing u mental health nursing.  Dan jixhed l-impenn serju tal-Gvern għat-tisħiħ kemm tal-professjoni u anke tas-servizzi f’dawn l-oqsma.

Il-Ministeru jirringrazzja lill-MUMN tas-sehem tagħha biex aktar persuni juru interess fil-professjoni tal-infermier.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow