Left arrow Mur Lura

AKTAR ĦIDMA BIEX MIN MA JIKKWALIFIKAX GĦALL-AŻIL JIĠI RIPATRIJAT

pr0822
Date Icon 11/04/2012

Ħidma kordinata bejn il-Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari u l-Korp tal-Pulizija wasslet biex dalgħodu grupp ta’ 35 persuna mill-Ghana ġew deportati fuq titjira charter tal-linja nazzjonali tal-ajru Maltija.

Il-persuni kollha li ġew ripatrijati dalgħodu kollha kellhom it-talba tagħhom għall-ażil meqjusa bħala inammissibbli mill-Kummissarju tar-Refuġjati, filwaqt li l-appell tagħhom minn din id-deċiżjoni ma ntlaqax. Dan minħabba li l-Ghana huwa meqjus bħala pajjiż sigur. Il-parti l-kbira ta’ dawn il-persuni kienu waslu Malta tul l-2011 u kienu qed jinżammu f’ċentri tad-detenzjoni.

Kull persuna deportata kienet akkumpanjata minn skorta tal-pulizija. Abbord it-titjira lejn il-belt kapitali tal-Ghana, Accra, kien hemm ukoll tim mediku u numru ta’ uffiċċjali tal-pulizija.

Din l-operazzjoni ta’ dalgħodu setgħet tigi eżegwita wara li l-awtoritajiet tal-Ghana bagħtu d-dokumenti tal-ivjaġġar neċessarji għal dawn il-persuni lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ta' Malta. Il-parti l-kbira tal-ispejjez relatati ma' din l-operazzjoni ser jiġu ffinanzjati taħt ir-Return Fund tal-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari, Carm Mifsud Bonnici esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-ħidma li twettqet mill-Korp tal-Pulizija fi żmien qasir ħafna bi tħejjija għal din l-Operazzjoni xejn faċli. Huwa qal: "Il-Gvern kostantement jaħdem biex min jistħoqqlu protezzjoni, tingħatalu, filwaqt li dawk li ma jikkwalifikawx għall-protezzjoni jiġu ripatrijati. Din l-operazzjoni tal-lum hija frott tal-isforzi kordinati li jsiru minn diversi entitajiet tal-Ministeru, fosthom l-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati, is-Servizzi tad-Detenzjoni u partikolarment tat-taqsima tal-Immigrazzjoni tal-Pulizija."

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow