Left arrow Go Back

IMNEDIJA IR-RABA EDIZZJONI TAL-FESTIVAL MEDJEVALI FL-IMDINA

pr0818
Date Icon 11/04/2012

Il-Kunsill Lokali tal-Imdina ser jerġa’ jorganizza l-Festival Medjevali fit-toroq u l-pjazzez tal-belt antika għar-raba’ sena konsekuttiva. Din l-attività unika mifruxa fuq  il-jumejn ta’ tmiem il-ġimgħa li ġej ser tkun ikkaratterizzata minn re-enactments minn gruppi barranin u lokali, mużika medjevali, sbandieratori, magician, falkunerija u tjur tal-priża, lectures, recitals, ikel u x-xorb u żona għat-tfal.

Il-popolarità ta’ dan il-Festival hija evidenti mill-għadd ta’ nies li żaru l-Festival fis-snin li għaddew. Il-Festival iservi wkoll bħala skambju kulturali bejn it-talent lokali u dak barrani kif ukoll jgħin biex jitkattar l-għarfien dwar il-patrimonju kulturali ta’ pajjiżna, partikolarment dak li jmur lura għaż-żminijiet medjevali. Huwa wkoll għodda importanti interattiva li twassal lit-tfal u lill-adulti biex japprezzaw aktar l-istorja tal-belt ta’ l-Imdina.

Waqt it-tnedija tal-festival dalgħodu il-Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali, Carm Mifsud Bonnici faħħar din l-attività li tkun, sena wara l-oħra ta’ suċċess kbir kemm għar-residenti tal-lokalità, għall-Maltin kif ukoll għall-barranin. Hu semma kif din l-inizjattiva tgħin biex filwaqt li jikber t-tagħrif dwar il-wirt storiku ta’ din il-belt ikun hemm opportunità biex in-nies jiskopru postijiet storiċi u anke iduqu l-istil ta’ ħajja medjevali. Hu faħħar l-għajnuna li qed tingħata kemm mill-Awtorità tat-Turiżmu kif ukoll mill-Malta International Airport lil dan il-Kunsill Lokali biex jiġi assigurat li l-attività tkun ta’ suċċess.

Il-Ministru għat-Turiżmu il-Kultura, u l-Ambjent, Mario de Marco qal li l-iskema għall-inizjattivi kulturali hija immirata lejn it-tisħiħ tal-prodott turistiku u kulturali. Mario de Marco qal li din l-iskema li twaqqfet erba’ snin ilu qed tħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali biex isaħħu l-kultura tal-lokalità u b’hekk joffru attivitajiet interessanti kemm għall-familji Maltin kif ukoll għat-turisti li jżuru pajjiżna. Dawn l-attivitijiet iservu wkoll, tenna Mario de Marco biex pajjiżna jkompli jidiversifika l-prodott turistiku u b’hekk isaħħaħ l-kompettività u s-sostenibbilità tas-settur turistiku.

Matul il-Festival l-attrazzjonijiet turistiċi ser jestendu l-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom u joffru roħs fuq il-prezzijiet tad-dħul. Ser jittellgħu ukoll numru ta’ wirjiet f’diversi kappelli u postijiet oħra ta’ interess li jesponu aktar l-isbuħija arkitettonika tal-post.

Ser ikun  hemm bejgħ ta’ ikel u xorb filwaqt li numru ta’ ħwienet ser ikunu qed joffru ikel medjevali fl-menus tagħhom matul il-jumejn tal-Festival.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow