Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI

pr0814
Date Icon 10/04/2012

Il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali jirreferi għall-istqarrija maħruġa mill-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd iffirmata mis-Sur Ray Bugeja.

Fis-settur tas-sajd il-Gvern ħadem bi strateġija u ħsieb, b’koperazzjoni mal-koperattivi, biex ikompli jitkattar ix-xogħol u dan is-settur jibqa’ jkun sostenibbli. Il-Gvern kif qal is-Sur Bugeja f’dawn l-ewwel tliet xhur tas-sena kellu żewġ laqgħat mal-koperattivi flimkien u laqgħat oħra, u l-gvern qed iwettaq dak imwiegħed bil-fatti tant li:

  • Fl-ittra ffirmata mill-Ministru, fil-5 t’April, hemm miktub li s-sajjieda b’seħħ mill-ewwel ta’ Jannar ta’ din is-sena stess, se jibdew jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja li talbu huma stess u li l-Gvern għax jisma’ wettaq b’għaqal u b’kollaborazzjoni mal-koperattivi.

  • It-tieni ittra li rċieva mis-Segretarju permanenti fis-6 t’April, tirreferi għal-laqgħa li saret bejn il-Ministeru u l-Koperattivi fejn fiha ġie maqbul li, l-proposti ħalli jkun hemm attivita ekonomika anċillari għas-sajjieda jintbagħtu bil-miktub liż-żewġ koperattivi wara li ġew diskussi fil-laqgħa. Għalhekk bħal ma kien miftiehem dawn il-proposti ntbagħtu ħalli jkunu bażi ta’ diskusjoni ħalli jiġi msawwar ftehim. 

Għalhekk huwa ironiku kif is-Sur Bugeja, ħareġ stqarija propju llum jikritika dak li talab hu stess.

Ta’ min wieħed isemmi wkoll li l-Gvern dejjem ħa dan is-settur bis-serjetà u ħadem bis-sħiħ biex:

  • Ingħatat għajnuna biex sajjieda jtejbu l-bastimenti tagħhom,

  • Saru korsijiet għas-sajjieda anki fuq is-saħħa u s-sigurta’ fuq il-post tax-xogħol,

  • ngħatat għajnuna finanzjarja lill-koperattivi u l-producer groups skont l-ammont ta’ membri tagħhom,

  • Sas-sena 2013 il-gvern se jinvesti €3.6 miljuni oħra biex jidaħħlu numru ta’ skemi marbuta fosthom ma’ marketing and processing, akwakultura, twaqqif ta’ PO’s, kampanja promozjonali u xogħlijiet fil-portijiet,

  • B’dawn il-fondi li għad iridu jintefqu, minn meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea fl-2004 il-Gvern se jkun ta lis-settur tas-sajd b’kollox mal-€15-il miljun,

  • Ingħatat ukoll għajnuna finanzjarja minn fondi nazzjonali direttament lis-settur taħt skemi ta’ State Aid jew skemi ta’ qabel ma’ Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea,

  • Malta qed tkompli fir-riċerka fil-qasam tal-Akwakultura u l-istudji li saru jrui li Malta hi l-aktar pajjiz avvanzat fir-riċerka tat-tfaqqis tat-tonn u tal-aċċjol,

  • Tniehda proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar strateġija tal-akkwakultura għal pajjiżna,  

  • Sostna s-settur tal-akwakultura li b’mod dirett u indirett gawdew u ghadhom igawdu minnu is-sajjieda

  • Sar proġett tal-Hard Standing Facility li minnu qed igawdu s-sajjieda,

  • It-tqassim tal-allokazzjonijiet għal- qbid tat-tonn, anki għal din is-sena sar bi qbil mas-sajjieda,

  • Inħarġu l-permessi għal bini ta’ pixkerija ġdida, moderna skont standards ewropej.

Fis-settur tas-sajd il-Gvern b’mod konkret wera li b’għaqal l-isfidi li dan is-settur jaffaċċja b’kollaborazzjoni jistgħu jissarfu f’opportunitajiet għall-ġid tas-sajjieda Maltin u Għawdxin filwaqt li jkunu mħarsa wkoll ir-regoli ambjentali internazzjonali. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow