Left arrow Mur Lura

INVESTIMENT TA’ €2 MILJUNI F’KUMPLESS KUMMERĊJALI F’RAĦAL IL-ĠDID JIĠĠENERA AKTAR IMPJIEGI

pr0813
Date Icon 10/04/2012

Iktar kumpaniji lokali qed jinvestu aktar flus sabiex ikabbru l-operat tagħhom u joffru aktar impjiegi. Kmieni llum waranofsinhar l-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur żar l-estensjoni l-ġdida ġewwa l-kumpless Mainstreet li jinsab ġewwa Raħal il-Ġdid. Dan il-kumpless huwa ta’ Paola Complex Ltd u f’dawn l-aħħar tliet snin beda jitmexxa minn Big Bon Group. Il-kumpess ilu miftuħ mill-2004.

Is-Sur Joe Gasan, Chairman ta’ Paola Complex Ltd. spjega kif fl-aħħar snin il-kumpanija rat domanda kbira għax-xiri f’Raħal il-Ġdid u b’hekk iddeċidiet li tixtri żewgt idjar maġenb l-istess kumpless sabiex tkun tista’ tagħmel estensjoni tal-kumpless. Huwa qal illi l-kumpanija minn dejjem emmnet fil-post u  b’hekk iddeċidiet li tkompli tinvesti u tkabbar l-operat. Ix-xogħlijet fuq din l-estensjoni beda u l-progett kollu huwa mistenni li jitlesta għall-ħabta ta’ Lulju ta’ din is-sena sabiex fil-Ħarifa jkun jista’ jinfetaħ għall-pubbliku.

Is-Sur Gasan qal li b’kollox dan l-investiment sewa lill-kumpanija 2 miljun ewro. L-arja tal-kumpless fiha 2682 metru kwadru, u bl-estensjoni l-ġdida se tizdied b’1350 metru kwadru ieħor li se tkun qed tiġi żviluppata f’6 ħwienet ġodda. Is-Sur Gasan spjega wkoll li l-faċċata se tkun akbar milli hemm bħalissa.

Is-Sinjura Bettina Azzopardi, Direttur Maniġerjali ta’ Paola Complex Ltd. qalet li l-kumpanija tinsab kuntenta ħafna bl-investiment li qed tagħmel  u qed tipprevedi li dan il-kumpless ikun t-tielet l-aktar kumpless popolari f’pajjiżna. Hija qalet li l-post huwa ċentrali u aċċessibbli ħafna permezz tat-trasport pubbliku. Spjegat ukoll li l-pjazza Antoine de Paule, se tinbidel f’żona pedonali u b’hekk se tkun qed toffri aktar aċċess għall-konsumaturi. Is-Sinjura Azzopardi spjegat ukoll illi se jsir ristrutturar kemm tal-faċċata kif ukoll tal-postijiet komuni tal-kumpless.

Hija qalet  li kull sena jżuru dan il-kumpless  madwar 600,000 persuna u qalet li b’din l-estenzjoni l-ammont ta’ konsumaturi fis-sena se jiżdied. Hija qalet ukoll li l-ħwienet tal-kumpless qegħdin kull sena jżiedu l-qliegħ tagħhom u dan jgħinhom sabiex ikomplu jinvestu. Spjegat kif il-kumpanija se tkun qed tkabbar l-ispazju tal-parkeġġ sabiex takkomoda aktar konsumaturi.

Min-naħa tiegħu l-Ministru Jason Azzopardi feraħ lill-kumpanija għal dan l-investiment sostanzjali li qed tagħmel u qal li tali investiment huwa turija ċara  tal-fiduċja fl-ambjent ekonomiku tal-pajjiż partikolarment ġewwa Raħal il-Ġdid. Huwa qal li dan huwa investiment kbir li se jkompli jiżded bl-investiment tal-ħwienet il-ġodda li se jkunu qed jiftħu fih u bl-impjiegi li dawn se joħolqu.

Il-Ministru Azzopardi qal illi l-fatt li aktar ħwienet komplew jiftħu f’dan l-aħħar żmien f’dan il-kumpless fosthom wieħed il-ġimgħa l-oħra stess, jindika li hawn domanda tajba sabiex aktar negozji żgħar jiftħu ħwienet ġodda. Il-Ministru Azzopardi qal li minkejja l-kompetizzjoni u d-diffikultajiet, is-settur tan-negozji ż-żgħar sejjer tajjeb.

Huwa rringrazzja d-diriġenti tal-kumpanija u stqarr li mingħajr dawn in-nies li jinvestu u jemmnu fil-potenzjal tat-tkabbir tal-kumpaniji tagħhom,  ma jinħoloqx ix-xogħol. Spjega wkoll kif li l-Gvern qed ikompli jmexxi u jamministra skemi ta’ għajnuna bħalma huma dawk tal-Microinvest, l-Microcredit u l-Fondi ERDF li fl-aħħar sejħa li għalqet ftit tal-ġranet ilu kien hemm rispons tajjeb ħafna.

Fl-aħħar nett il-Ministru Azzopardi qal illi l-Gvern qed joħloq l-ambjent neċċessarju biex is-settur kummerċjali jkun jista’ jimrah u b’hekk joħloq aktar xogħol u investiment għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow