Left arrow Mur Lura

IT-TIENI FORUM TAL-PRESIDENT

pr0811
Date Icon 10/04/2012

It-Tieni Forum tal-President se jsir fil-21 ta’ April, fid-09.00 ta’ filgħodu,  fis-Sala tat-Tron, il-Palazz il-Belt. It-tema magħżula din is-sena hija “Il-Kostituzzjoni ta’ Malta għadha taqdi l-ħtiġijiet tal-poplu?” Il-Kelliema magħżula li se jiddiskutu it-tema f’dan il-Forum tal-President huma : il-Prof Douglas Kmiec, l-ex Ambaxxatur Amerikan għal Malta, Prof Roderick Pace, Prof Dominic Fenech, Is-Sur Stefano Mallia u l-Prof Ian Refalo. Il-moderatur tal-Forum huwa Dott John C. Grech u l-ġurnalist tal-Forum, is-Sur Reno Bugeja. L-udejnza li tkun qed tattendi se jkollha wkoll il-ħin tagħha sabiex tressaq il-mistoqsijiet lill-kelliema.

  • Fost temi li se jiġu diskussa:  Jekk il-mudel tal-Kostituzzjoni tagħna (Westminister) għandux jigi mibdul ma wieħed simili tal-Amerika jew Franza. Is-sistema elettorali għadha l-aħjar waħda biex taqdi l-ħtigijiet ta' Malta? Għandu jkun hemm klawsola fil-kostituzzjoni fuq in-newtralita' u kif għandha tkun? U L-Istituzzjonijiet kostituzzjonali, kif għandhom jiġu komposti u minn min? Jeħtieġ xi tibdil fil-kostituzzjoni minħabba żviluppi fl-Unjoni Ewropea?  X'tibdil hemm bżonn fil-kostituzzjoni biex titjieb is-sistema ġudizijarja?
  • Kull minn jixtieq jattendi għandu jċempel biex jirriserva post fuq 21226226 jew jibgħat email fuq president@gov.mt

    Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

    Stqarrijiet Oħra:

    STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

    PR262018

    STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

    STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

    PR262017

    STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

    Aktar Stqarrijiet Right arrow