Left arrow Mur Lura

STUDJU DWAR STUDENTI GĦAWDXIN ŻGĦAŻAGĦ LI JKOMPLU BL-ISTUDJI F’MALTA

pr0794
Date Icon 04/04/2012

Stħarriġ li sar mill-Grupp Universitarji Għawdxin (GUG) jagħti indikazzjoni ċara li ż-żgħażagħ Għawdxin tal-lum għandhom determinazzjoni u minkejja li ħafna minnhom qed jgħixu ħajja aktar indipendenti, għadhom jgħożżu l-valur tal-familja u r-reliġjon filwaqt li japprezzaw il-karatteristiċi ta’ Għawdex. L-istħarriġ sar fost 405 studenti li jirrappreżentaw 39% tal-istudenti Għawdxin kollha li bħalissa qed ikomplu bl-istudji tagħhom f’Malta. Dawn jinkludu madwar 1,000 li qed isegwu korsijiet fl-Università ta’ Malta flimkien ma’ kważi 200 oħra li jattendu ċ-ċentri tal-MCAST u l-ITS f’Malta.

Dan l-istħarriġ ġie mniedi waqt konferenza li ġiet imtellgħa fil-Kampus tal-Università f’Għawdex li għaliha attendew fost l-oħrajn l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex u Dr Anton Refalo, kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex.

Waqt indirizz fil-ftuħ tal-Konferenza, l-Onor. Giovanna Debono faħħret l-inizjattiva meħuda mill-GUG bħala parti mill-impenn proattiv li qed taħdem bih din l-għaqda b’risq l-istudenti Għawdxin f’Malta. Filwaqt li fissret kif matul dawn l-aħħar snin il-Gvern baqa’ jagħti projorità lill-qasam edukattiv, spjegat kif dan irriżulta wkoll f’żieda sostanzjali fl-istudenti Għawdxin li qed ikomplu bl-istudji terzjarji jew vokazzjonali f’Malta. Kien għalhekk li l-Ministeru għal Għawdex nieda skema marbuta ma’ għajnuna addizzjonali biex jiġu mtaffa parti mill-ispejjeż li jidħlu għalihom familji Għawdxin biex uliedhom ikomplu jistudjaw f’Malta. Il-Ministru Giovanna Debono ħabbret li minn din is-sena din l-għajnuna ser tiżdied għal €400 kull tliet xhur u ser tingħata lil kull student mingħajr id-distinzjoni li sa issa kienet issir bejn studenti universitarji u studenti f’istituzzjonijiet oħrajn.   

L-istħarriġ kien jinkludi mistoqsijiet relatati ma’ aspetti li jolqtu mill-viċin il-ħajja ta’ dawn iż-żgħażagħ li 89% tagħhom jagħżlu li joqogħdu flimkien ma’ sħabhom f’appartamenti f’Malta matul il-jiem tal-ġimgħa u jirritornaw Għawdex fi tmiem il-ġimgħa.  Il-11% l-oħra jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer kuljum jew b’mod regolari. Kien għalhekk li l-mistoqsijiet kienu maqsuma f’sitt sezzjonijiet li jinkludu: l-istudji; it-Trasport - kemm dak bil-baħar kif ukoll fuq l-art; l-Akkomodazzjoni; il-Benefiċċji u n-Nefqa; Parteċipazzjoni f’Attivitajiet u mistoqsijiet Ġenerali.

Waqt il-konferenza tkellmu wkoll Dr Samuel Azzopardi u Dr Josianne Cutajar li t-tnejn okkupaw il-kariga ta’ President tal-GUG waqt li kienu jsegwu l-istudji tagħhom. Tkellem ukoll Dr. Andrew Azzopardi, Senior Lecturer fl-Università ta’ Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow