MALTA BIT-TIENI L-AKBAR ŻIEDA FL-IMPJIEGI FL-EWROPA
Malta rreġistrat it-tieni l-akbar żieda fl-impjiegi fl-aħħar tliet snin fost is-27 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, bil-Ġermanja biss tirreġistra żieda akbar minn Malta. Fil-fatt iż-żieda fl-impjiegi kienet ta’ 2% filwaqt li dik fil-Ġermanja kienet ta’ 2.2%.
Dan joħroġ min rapport tal-Kummissjoni Ewropea “EU Employment and Social Situation” pubblikat f’Marzu ta’ din is-sena. Fl-Unjoni Ewropea barra l-Ġermanja u Malta kellhom żieda fin-numru ta’ nies jaħdmu, il-Lussemburgu, l-Awstrija u l-Polonja.
Ir-rapport jgħid ukoll li Malta u l-Polonja kienu l-aktar żewġ pajjiżi membri, flimkien mal-Litwanja li fl-aħħar snin irnexxielhom idaħħlu l-akbar numru ta’ nies fis-suq tax-xogħol tant li fl-aħħar tliet snin ir-rata ta’ inattività f’dawn il-pajjiżi naqset bi 2.2% jew aktar.
Il-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa issa tela’ għal medja ta’ 22.4% iżda f’seba’ pajjiżi fosthom Malta, ir-rata hi anqas minn dan. F’Malta fil-fatt ir-rata hi ta’ 13.8% li tfisser li ninsabu fir-raba’ post bl-inqas rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ meta Spanja din ir-rata hi ta’ 49.9%, li hi l-ogħla rata, il-Portugal b’35.1% u l-Italja 31.1%.
Barra minn dan għal dak li huma nies li ilhom żmien twil bla xogħol, Malta wkoll irnexxielha tnaqqas in-numru tagħhom. Filwaqt li f’Settembru 2010 ir-rata ta’ dawk li kien ilhom ħafna jfittxu x-xogħol kienet ta’ 3.4%, sena wara din niżlet għal 2.7%.
Malta u l-Litwanja kellhom żieda pożittiva ta’ 3.5% fil-unit labour cost filwaqt li pajjiżi bħas-Slovakkja, l-Italja u Franza kellhom tnaqqais medju ta’ 1%. Barra minn dan Malta kellha tkabbir pożittiv ta’ 1.3% fir-real unit labour cost li jkejjel iż-żieda reali fil-pagi mqabbla maż-żieda fil-produttività.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017