Left arrow Go Back

MIFTUĦA SKEMA TA’ GĦAJNUNA BIEX TINKORAĠĠIXXI L-UŻU TA’ ROOF INSULATION U DOUBLE GLAZING GĦAL UŻU DOMESTIKU, LI JNAQQSU L-KONSUM TA’ ENERĠIJA.

pr0782
Date Icon 03/04/2012

Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino, ħabbar li nfetħet l-iskema kif imħabbra fil-Budget, mmirata biex tinkoraġġixxi l-użu ta’ Roof Insulation u Double Glazing għal użu domestiku, li jnaqqsu l-konsum ta’ enerġija. Din hija skema oħra ntiża biex tkompli tinkoraġġixxi t-titjib fl-użu tal-enerġija fid-djar.

Kull min mil-lum sal-aħħar tas-sena 2012, jinstalla Roof Insulation u Double Glazing fid-dar tiegħu jista’ jingħata għajnuna li tlaħħaq 15.25% tat-total tal-infiq eliġibbli sa massimu ta’ €1,000.  L-applikanti jistgħu japplikaw għal għotja għal sistema permezz tal-formola li tista’ titniżżel mis-sit elettroniku tal-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi www.mra.org.mt.  Il-Ministru Pullicino qal li l-investiment totali tal-Gvern hu ta’ ’l fuq minn €400,000.

Il-Ministru Pullicino qal li mill-2006 sa’ llum ġew mgħejuna 610 familja biex installaw fi djarhom double glazing jew roof insulation. Apparti dan fl-istess perijodu ’l fuq minn 12,000 familja ngħataw l-għajnuna mill-Gvern biex investew f’sistema ta’ panelli fotovoltajiċi jew Solar Water heaters. L-investiment fil-pannelli fotovoltajiċi waħdu, wassal biex ġew investiti ’l fuq minn €33 miljun mill-familji b’għajnuna li laħqet madwar €16-il miljun.

Waqt żjara f’fabbrika tal-ħġieġ fl-Imrieħel, ġie spjegat lis-sistema ta’ double glazing hi l-aktar effettiva fix-xitwa u taf tiffranka lill-familji bejn 12% u 25% mill-konsum. Fis-sajf din is-sistema xorta tista’ tlaħħaq viċin dan il-persentaġġ jekk il-ħġieġ ikun akkumpanjat b’shading structure.

Sid il-fabbrika spjega wkoll lit-talba għal dan it-tip ta’ ħġieġ qiegħda kull ma tmur dejjem tiżdied u dan qed iwassal biex jikber l-operat. Il-Ministru Pullicino qal dan hu eżempju ċar tal-green jobs li qed jinħolqu f’pajjiżna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow