Left arrow Go Back

FIGOLLA ĠGANTESKA MINN STUDENTI TAL-KULLEĠĠ SAN NIKOLA B’RISQ PUTTINU CARES

pr0778
Date Icon 03/04/2012

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Dolores Cristina faħħret l-inizjattiva meħuda minn studenti tal-iskola sekondarja tal-Kulleġġ San Nikola li bl-għajnuna tal-kumpannija Golden Harvest ħadmu figolla ġganteska biex tinbiegħ f’biċċiet bid-dħul kollu jmur għal Puttinu Cares.

F’diskors qasir li għamlet f’The Point, fejn qed tinbiegħ din il-figolla, il-Ministru Cristina qalet li hu sabiħ li f’dawn il-ġranet fejn it-tradizzjoni trid li aħna ninġabru ftit u naħsbu fit-tbagħtija, nassistu għal okkażjoni bħal din fejn studenti mill-Kulleġġ San Nikola impenjaw ruħhom biex jgħinu tfal li qed ibagħtu li jsibu l-għajnuna ta’ Puttinu Cares.

Din hi aktar xhieda, jekk qatt kien hemm bżonnha, ta’ kemm aħna l-Maltin, meta niġu msejħa, nafu nuru solidarjetà ma’ dawk li f’mumenti partikolari jkunu għaddejjin minn żminijiet diffiċli, kif ikunu dawk kollha li jsibu l-għajnuna ta’ Puttinu Cares.

Biex tlestiet din il-figolla hekk kbira, l-istudenti, bl-għajnuna tal-għalliema u tan-nies tal-kumpannija Golden Harvest, għamlu sforz kbir biex għandhom is-sodisfazzjoni li għamlu żgur l-akbar figolla li qatt saret f’Malta u li din l-inizjattiva serviethom ukoll biex jagħmlu esperjenza utli ‘l hinn mill-bankijiet tal-klassi.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni qalet li inizjattivi bħal dawn għandna nkomplu nippromovuhom.  Sa ftit żmien ilu, l-involviment f’biċċa xogħol bħal din kien jitqies bħala attività extra-kurrikulari u ħafna studenti kienu jibqgħu lura milli jinvolvu ruħhom fiha.  Issa l-affarijiet bdew jinbidlu.  Fl-iskejjel tagħna, anke dawk tas-subien, hemm Laboratorji tal-Ikel fejn l-istudenti jistgħu jinvolvu ruħhom fi preparazzjoni tal-ikel bħala parti mill-kurrikulu tagħhom.

Illum beda jingħata wkoll valur lil attivitajiet bħal din.  Fiċ-Ċertifikat ta’ Tmiem is-Sekondarja, qed jintwera iswed fuq l-abjad li student ikun ħa sehem f’attivitajiet li jitqiesu bħala edukazzjoni informali jew mhux formali, li għenuh jikseb ħiliet li jiswewh tul il-ħajja.

Il-Ministru Cristina awgurat li din il-figolla tinbiegħ kollha biex jinġabru aktar fondi għal Puttinu Cares u awgurat l-Għid it-Tajjeb lil kulħadd.

Dr. Victor Calvania, Chairperson ta’ Puttinu Cares irringrazzja lill-istudenti u lil Golden Harvest għal din l-inizjattiva u spjega dwar il-ħidma li Puttinu Cares tagħmel ma’ dawk morda bil-kanċer l-aktar dawk li jkollhom bżonn imorru għal xi kura barra l-pajjiż.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow