FIL-MEUSAC: IL-KUMMISSARJU EWROPEW JOHN DALLI JIDDISKUTI L-ĦIDMA TIEGĦU
Ħtieġa ta’ iktar prevenzjoni milli kura għall-mard
Waqt laqgħa tal-Core Group tal-MEUSAC li saret illum,il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur John Dalli tkellemdwar il-ħidma li qed jagħmel fl-oqsma li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu. B’mod ġenerali, il-Kummissarju Dalli qal li d-dekasteru tiegħujikkonċerna direttament liċ-ċittadini peress li kull deċiżjoni tolqot lil 500miljun ruħ fl-Unjoni Ewropea (UE).
Dwar is-Saħħa, il-Kummissarju Dalli enfasizzal-importanza li l-UE jkollha ċittadini f’saħħithom l-aktar għax dan hu fl-aħjarinteress taċ-ċittadin imma wkoll biex ikun hemm it-tkabbir ekonomiku mixtieq. Qal li poplu marid jaffettwa ħażin il-produttività tal-pajjiż u jżidl-ispiża fil-kura. Iddeskriva l-qasam tas-saħħa bħala valur ekonomiku lim’għandux jitqies bħala spiża iżda bħala investiment fil-persuni. Eżempju tal-kont robust ekonomiku tas-saħħahi l-industrija tal-farmaċewtika li hi l-ikbar settur fl-UE. Żied jgħidli qed jiġi trasformat il-kunċett ta’ x’għandu jixpruna l-politika tas-saħħabilli qed isir aċċenn ikbar għal kif in-nies jistgħu jibqgħu iktar f’saħħithomu jħossuhom tajbin permezz tal-prevenzjoni minflok nibqgħu konċentrati biss fuqil-kura mill-mard.
Il-Kummissarju Ewropew semma kif il-politika tas-saħħatal-UE hija msawra fuq erba’ kunċetti ewlenin:
• il-prevenzjoni – b’konsum adegwat tal-ikel u x-xorb,kif ukoll bit-tibdil fl-istil tal-ħajja biex jiġu indirizzati problemi komunili jġibu nuqqas ta’ saħħa fosthom l-obeżità u t-tipjip;
• l-aċċess – b’servizz tas-saħħa bejn il-pajjiżi,il-komunitajiet jew l-individwi nfushom u anke servizzi għal pazjenti fqar umediċini aċċessibbli għal kulħadd;
• is-sigurtà - bil-monitoraġġ kontinwu tal-mard lijittieħed kif ukoll billi jissaħħaħ il-proċess tal-bejgħ ta’ tilqimf’sitwazzjonijiet ta’ pandemija;
• is-sostenibbiltà – li tiġbor fiha l-aspetti kollhatas-saħħa u li trid tiġi aġġornata skont iż-żminijiet biex tibqa’ vijabbli.
Dwar il-qasam tal-konsumatur, il-Kummissarju Dallispjega kif jeżistu erba’ pilastri ewlenin li jinkludu:
• is-sigurtà – b’mod speċjali tal-prodotti għall-bejgħmill-ħwienet;
• l-informazzjoni – it-tagħrif u l-edukazzjoni dwarl-użu tal-prodotti li hawn fis-suq;
• id-drittijiet – il-jedd tal-konsumatur li jilmenta us-soluzzjonijiet alternattivi għall-konsumaturi;
• l-infurzar – biex jiġu rispettati r-regolibl-infurzar fil-pajjiżi rispettivi.
Il-membri tal-Core Group qajmu diversi punti, fosthom:
• il-ħtieġa ta’ iktar kuxjenza dwar it-tip ta’ ikel uxorb li qed jikkunsmaw in-nies speċjalment b’rabta mat-tipjip fost iż-żgħażagħu l-obeżità fost it-tfal;
• jekk pazjent jistax jirrikorri għall-kura barra minn Malta;
• kemm il-prezzijiet tal-prodotti qed jirriflettul-kwalità;
• hux il-każ li r-regoli tal-konsumaturi jkunul-istess għall-pajjiżi kollha tal-UE.
B’reazzjoni, il-Kummissarju Dalli enfasizza l-ħtieġatal-edukazzjoni fiżika u l-isport, anke waqt il-ħin tal-iskola. Dwarit-tipjip hu semma l-bżonn ta’ miżuri effettivi mill-Istati Membri biex jiġuindirizzati l-problemi.
Dwar il-kura tas-saħħa barra mill-pajjiż,il-Kummissarju Dalli semma kif mis-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħid-direttiva li ssaħħaħ id-dritt li ċittadini tal-UE jkunu jistgħu jirrikorruf’pajjiżi barranin jekk isibu nuqqasijiet fis-sistema tas-saħħa ta’ pajjiżhom ujingħataw rifużjoni tal-ispejjeż mill-awtoritajiet tal-pajjiż tagħhom stess,skont kemm kieku kien jiġi jiswa l-intervent f’pajjiżu. Qal li b’din is-sistemase tfisser li l-gvernijiet iridu jinvestu fis-saħħa tal-pajjiż tagħhom stessgħax inkella jkollhom iħallsu l-ispejjeż xorta waħda.
Rigward il-prezzijiet u l-kwalità tal-prodotti,il-Kummissarju Dalli spjega kif min jimporta huwa responsabbli għat-tip ta’ prodottiimpurtati, b’mod speċjali minnfejn qed jiġu manifatturati. B’rabta mad-drittijiet tal-konsumatur, intqal liċerti pajjiżi ma jistgħux jimponu xi regoli minħabba li diġà għandhom ħafnaregolamentazzjoni, iżda se jibda jkun hemm sistema li timponi regoli minimi lijkunu ugwali għas-27 pajjiż tal-UE.
Il-laqgħa tal-Core Group kienet ippresedutamill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja Chris Said,bis-sehem tal-Kap tal-MEUSAC Dott. Vanni Xuereb, is-Segretarju PermanentEwlieni Dott. Godwin Grima, uffiċjali għolja tal-Gvern, rappreżentantital-partiti politiċi, korpi kostitwiti u s-soċjetà ċivili.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017