ANZJANI LI GĦALQU T-80 SENA U JGĦIXU WAĦIDHOM JEW MAL-FAMILJA IRĊEVEW IL-BENEFIĊĊJU TA’ €300
Fil-jiem li għaddew l-anzjani li għandhom 80 senajew aktar, u li jgħixu fi djarhom jew mal-familja, irċevew l-allowance ta’ €300 kif imħabbar fil-Budget 2012. Madwar 12,000 anzjan u anzjana irċevewbejniethom €3.5 miljun. Dawk l-anzjani li jagħlqu t-80 matul is-sena sejirċievu l-benefiċċju pro-rata ftit jiem wara li jagħlqu sninhom.
Fil-każ ta’ anżjani li jixtiequ aktarinformazzjoni dwar din l-għotja; jew jaħsbu li jikkwalifikaw iżda għal xiraġuni ma rċevewx il-pagament, għandhom jikkuntattjaw lid-Dipartimenttas-Sigurtà Soċjali permezz tan-numru tat-telefon 25903000 jew fuq SPIC 159.Jistgħu wkoll imorru f’xi Uffiċċju Distrettwali li għandu d-Dipartiment ma’Malta u Għawdex.
Fil-każ ta’ persuni li ma jkunux irċevewil-pagament, jista’ jkun li jkun hemm bżonn li timtela’ applikazzjoni sempliċibiex tinġabar l-informazzjoni neċċessarja biex jiġi determinat id-dritt għaldin l-għotja. Id-Dipartiment tas-SigurtàSoċjali qed jagħmel l-isforzi kollha biex dan il-proċess jinżamm kemm jista’jkun sempliċi. F’kull każ id-Dipartiment ser ikun qed jagħmel proċessfil-ġimgħa biex fejn applikabbli, jsir il-ħlas ta’ din l-għotja fl-anqas żmienpossibli.
Id-dettalji ngħataw waqt żjara li l-Ministrutal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja Chris Said u s-SegetarjuParlamentari għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità Mario Galea għamlu fid-Day Centre tal-Anzjani f’SantaVenera.
Il-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblikau l-Familja Chris Said qal li din is-sena l-Gvern qed jieħu diversi inizjattivifavur l-anzjani u l-pensjonanti fosthom iż-żieda sħiħa fil-pensjoni. Il-pensjonanti din is-sena qed jingħatawżieda ta’ €4.66 fil-ġimgħa li tfisser żieda ta’ €242.32 fis-sena. 76,000 anzjanu anzjana qed jibbenefikaw minn din iż-żieda. Terz ta’ din iż-żieda diġàngħatat f’daqqa fil-bidu tas-sena. Bl-għotja ta’ €300 u biż-żieda sħiħafil-pensjoni, kull anzjan u anzjana ta’ 80 sena jew aktar ingħataw żieda ta’€10.42 fil-ġimgħa. L-anzjani li mhux taxxabbli, u li jħallsu l-15 fil-mija witholding tax u li tinqata’ direttamentmill-banek, qed jingħataw lura t-taxxali jkunu ħallsu fuq l-interessi tal-banek. Bejn l-2008 u l-2012, l-anzjani liqed jirċievu l-pensjoni tas-servizzi gawdew minn żieda oħra fil-pensjoni. Din iż-żieda hi riżultat dirett ta’inizjattiva li permezz tagħha qed jiġu injorati €1,066 fil-kalkolu tal-pensjonitas-sigurtà soċjali. Minn din l-inizjattiva qed igawdu aktar minn 6,000anzjan.
Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentarigħall-Anzjani u Kura fil-Komunità l-Onor. Mario Galea ifakkar li din is-senadaħlet fis-seħħ miżura oħra importanti tal-budgetfejn tneħħiet il-VAT minn fuq servizzi ta’ privatenursing u home help offrutimis-settur privat lill-anzjani li jieħdu kura fi djarhom. L-ispiża tal-Gvernbiex iżomm is-servizzi fil-komunità, id-djar tal-anzjani, ir-Residenza SanVinċenz de Paul, is-Swali tal-Ġerjatrija St Jean Antide u l-Isptartar-Rijabilitazzjoni Karin Grech tlaħħaq għal €175,000 kuljum. Il-Gvern għall-2012 se jkun qed jiddedika €10,450,000 għall-Isptar ta’Rijabilitazzjoni Karin Grech, €4,850,000 għall-iskema ta’ xiri ta’ sododfil-privat u €4 miljuni għad-Djar tal-Anzjani.
Malta llum qed toffri kura speċifika tad-Dimensjafir-Residenza San Vinċenz de Paul permezz ta’ investiment ta’ 9 miljun Ewro, lissarraf fi blokk ġdida Ġwanni Pawlu II. Ta’ min ifakkar li l-Att dwar is-SigurtàSoċjali li se jagħti pilloli tad-dimensja b’xejn daħal fis-seħħ aktar kmienidin il-ġimgħa.
Il-Gvern qed joffri diversi servizzi fil-komunitàli huma popolari ħafna mal-anzjani tagħna. Fost dawn Mario Galea fakkar lil-Gvern għandu żewg night shelters,19-il Ċentru ta’ Matul il-Jum, servizz ta’ Respite,Activity Centre fir-Residenza San Vinċenz de Paul għall-klijenti ligħandhom id-dimensja. Servizzi popolari ħafna mal-anzjanihuma l-Meals on Wheels li fl-aħħarsena pprovdew 90,000 ikla sħuna u tajba, it-Telecareli jużawh madwar 10,000, il-Homehelpli matul l-2011 intuża minn 3661 benefiċjarji fl-2011, u s-servizz tal-handyman 1734 benefiċjarji fl-2011.
L-anzjani għandhom ħafna benefiċċji fosthom li jibqgħu jaħdmu wara l-età tal-pensjoni, il-Karta Anzjan li llum tintużaiktar mal-100,000 ruħ u toffri benefiċċji bħall-qsim b’xejn għal Ghawdex,prezzijiet irħas fuq l-Arriva u skemi mill-Awtorità tad-Djar.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017