Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TA’ GĦAWDEX

pr0756
Date Icon 30/03/2012

Żieda ta’€2.3 miljun fl-allokazzjoni finanzjarja għall-ministeru għal Għawdex

‘Hemm żieda ta’€2.3 miljun fl-allokazzjoni finanzjarja għal Ministeru għal Għawdex għas-sena2012 meta mqabbla mas-sena 2011’. Sostniet dan l-Onor. Giovanna Debono,Ministru għal Għawdex, waqt li kienet qed tindirizza konferenza tal-aħbarijietli saret quddiem l-entratura tar-Residenza Sant’Anna, li takkomoda anzjani nisaGħawdxin li ma jkunx possibbli għalihom li jkomplu jgħixu waħedhom. It-taqsimaĠerjatrika toffri servizzi simili għall-anzjani rġiel f’Għawdex.

Filwaqt lispjegat kif il-gvern qiegħed ikompli jindirizza u jagħti każ il-ħtiġijiet ta’Għawdex, il-Ministru Giovanna Debono saħqet li l-kritika tal-Oppożizzjonifir-rigward ta’ din l-allokazzjoni hija waħda inġusta bbażata fuq nofsveritajiet. Dott Muscat qed jaħbi. 

L-allokazzjonigħal Għawdex ser tkun ta’ €59,268,000 li tfisser €2.3 miljun aktarmill-allokazzjoni tal-2011 u ser tassigura li l-Ministeru għal Għawdex jibqa’miexi bil-ħidma tiegħu għal ġid ta’ Għawdex kif programmat mingħajr ebdatnaqqis. Il-Gvern preżenti għandu viżjoni ċara għal Għawdex li hija msaħħa biprogramm ta’ ħidma u investiment kontinwu li minnu jibbenefikaw il-familjiGħawdxin kollha. Kienu gvernijiet oħra li kienu xħaħ ma’ Għawdex, tant li GvernLaburista fost l-ewwel miżuri li daħħal kien hemm li għolla bil-goffin-nollijiet tal-Gozo Channel li ġab miegħu konsegwenzi negattivi fuql-ekonomija f’Għawdex. Gvernijiet Laburisti dejjem iħarsu lejn Għawdex bħalasors ta’ dħul u taxxi. 

Il-Ministru tat dettalji kif f’dinil-leġiżlatura l-gvern baqa’ jindirizza l-isfidi partikolari għal Għawdexfil-qasam tax-xogħol u t-turiżmu u kompla jsaħħaħ il-ħidma tiegħu f’diversisetturi importanti oħra bħal ma hi l-edukazzjoni, is-saħħa u l-qasam soċjali. 

Hi qalet li fl-aħħar 4 sninit-talbiet għall-impjiegi ġodda f’Għawdex żdiedu kull sena. Min iħaddemf’Għawdex talab lill-ETC biex tibgħatlu ħaddiema minħabba ż-żiedafix-xogħol.  Bejn l-2008 u l-2011, l-ETCkellha 2,290 vacancy f’Għawdex.Is-sena li għaddiet il-vacanciesf’Għawdex kienu d-doppju ta’ dawk li kienu erba’ snin ilu.   Matul l-istess perjodu l-Korporazzjonitax-Xogħol u t-Taħriġ għamlet 699 placementdiretti fejn sabet impjieg lil 699 ħaddiem. Il-Gvern daħħal ukoll skemi li permezz tagħhom iħallas il-paga għal senasħiħa ta’ impjegati ġodda f’Għawdex. 

Il-Gvern daħħalukoll tnaqqis sa 60% għal negozji f’Għawdex li jinvestu aktar u jimpjegaw aktarħaddiema.  200negozju żgħir u medju qed jinvestu aktar minn €2.1 miljuni u huwa stmat li sejieħdu aktar minn €1.3 miljun fi tnaqqis fl-incometax. Kull sid ta’ negozju jiffranka sa €25,000 f’income tax. 

Dwar l-anzjanil-Ministru qalet: ‘Il-verita sħiħa hi li llum l-anzjani tagħna għandhom bostaservizzi li jagħmluha possibbli li dawn ikomplu jgħixu fi djarhomfil-komunitajiet tagħhom’, filwaqt li elenkat għadd ta’ servizzi bħal:

·        HomehelpCare Service li minnu jgawdu 844 anzjani li jgħixu f’647 darfil-lokalitajiet  Għawdxin;

·        Meals onWheels – kważi 5,000 ikla ġew ipprovduti lill-anzjani f’darhomtul l-2011;

·        Handymanservice – ingħataw 50 servizz ta’ dan it-tip;

·        Telecare – 524anzjani Għawdxin qed igawdu minn dan is-servizz;

·        Incontinenceservice – tul l-2011 ingħata lil madwar 500 persuna fosthomanzjani;

·        Id-Day centre għall-anzjani li kuljumjilqa’ diversi gruppi ta’ anzjani minn madwar Għawdex kollu li tul l-2011 laħquattendenza ta’ kważi 5,000;

·        53 persuna anzjana jattendu l-Grupp tal-U3E (Universitàtat-Terza Età) li jattendu attivitajiet u laqgħat organizzatibil-kollaborazzjoni tal-Kampus tal-Università f’Għawdex; kemm ilu mwaqqaf danil-grupp ħa wkoll diversi inizjattivi fosthom il-pubblikazzjoni ta’ ktieb ut-tnedija ta’ DVD;  

Filwaqt li żiedettgħid li dawn huma kollha servizzi li ser ikomplu jingħataw anke tul is-sena liġejja fakkret li l-Gvern mhux naqqas iżda żied benefiċċju ieħor li ankel-anzjani Għawdxin ser ikunu qed jibbenefikaw minnu. Hija rreferietgħall-applikazzjonijiet li ħarġu f’dawn il-jiem li permezz tagħhom anzjani ligħalqu 80 sena u għadhom jgħixu ġo djarhom ser jirċievu għotja ta’ €300.

‘Il-Gvernpreżenti qatt ma ħeba u fejn kien hemm bżonn jieħu miżuri għal ġidtal-pajjiż  ħadhom u ta spjegazzjonigħalihom. L-Oppożizzjoni kienet iżżid it-taxxi u tagħmel oħrajn ġodda’, temmettgħid il-Ministru Giovanna Debono. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow