200 DENTIST ĠERMANIŻ JATTENDU KONFERENZA F’GĦAWDEX
Għal sena oħra konsekuttiva Għawdex ospita madwar 200dentist li huma membri tal-Assoċjazzjoni Ġermaniża tal-Ipnożi Dentali. Dinl-assoċjazzjoni organizzat il-konferenza annwali tagħha f’Għawdex bħalma għamletf’dawn l-aħħar għoxrin sena.
L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex ġietmistiedna tiltaqa’ mal-membri ta’ din l-assoċjazzjoni għal din l-okkażjoni.Il-Ministru esprimiet sodisfazzjon għall-fatt li matul dawn l-aħħar 20 sena,l-Assoċjazzjoni Ġermaniża tal-Ipnożi Dentali żammet l-appuntament annwalif’Għawdex. Hija qalet li dan huwa xhieda li minkejja ċ-ċokon tagħha, il-gżiraGħawdxija għandha ħafna x’toffri lil dawk kollha li jżuruha, mhux biss fix-xhurtas-sajf, iżda matul is-sena kollha. Il-Ministru Giovanna Debono sostniet ligħalkemm fadal lok għal titjib, illum Għawdex qed joffri prodott turistikuaktar tajjeb li hu msaħħaħ b’aktar kwalità fis-servizzi.
Il-Ministru għal Għawdex qalet li s-snin ta’ suċċessmiksub fl-organizzazzjoni ta’ dawn il-konferenzi jawguraw biex aktarorganizzazzjonijiet jagħżlu lill-gżira ta’ Għawdex bħala l-post fejnjorganizzaw il-laqgħat tagħhom. “Dan huwa settur li l-Ministeru għal Għawdexqed jindirizza bħala parti mill-ħidma li għandha l-għan li tattira aktarturisti lejn Għawdex fix-xhur inqas popolari matul is-sena”, qalet il-MinistruGiovanna Debono.
Għadd ta’ membri tal-Assoċjazzjoni għażlu li jqattgħuftit jiem oħra f’Għawdex flimkien ma’ ħbiebhom jew familjari tagħhom, fejn fostl-oħrajn żaru siti ta’ wirt storiku bħal Ġgantija u ċ-Ċittadella. Tul dawnil-jiem kellhom ukoll l-opportunità li jgawdu s-sbuħija naturali tal-gżiraGħawdxija f’dan iż-żmien tar-Rebbiegħa.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017