Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KOMPETIZZJONI ĠUSTA, NEGOZJI Ż-ŻGĦAR U L-KONSUMATUR

pr0753
Date Icon 30/03/2012

Il-Gvern jissalvagwardja lin-NutaraMaltin u Għawdxin

B’referenza għar-rappurtaġġ li deherf’dawn l-aħħar ġranet fil-Media lokali rigward il-fatt illi n-Nutara Maltin u Għawdxintneħħitilhom l-esklussività li jwettqu x-xogħol tagħhom f’pajjiżna, il-Gvernjixtieq jiċċara xi punti.

Id-deċizjoni li Nutara Ewropejjistgħu jipprattikaw ix-xogħol notarili tagħhom f’pajjiżna saret permezz ta’direttiva li ħarġet l-Unjoni Ewropea. Sabiex iġib fuq quddiem l-interessi ux-xogħol tan-Nutara Maltin u Għawdxin, il-Gvern emenda l-liġi b’tali mod liNutara Ewropej li jixtiequ jipprattikaw ix-xogħol notarili f’pajjiżna, iridujkunu jafu jiktbu u jitkellmu sew kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Dan sarsabiex il-Gvern jissalvagwardja l-interess nazzjonali. 

Fl-24 ta’ Mejju 2011, il-QortiEwropea tal-Ġustizzja ddeċidiet li fejn fil-liġijiet notarili nazzjonali ta’ċertu pajjiżi kien impost l-obbligu li biex wieħed joqgħod għall-eżami tal-warrant u jeżerċita l-kariga ta’ nutarried ta’ bilfors ikun ċittadin tal-pajjiż li jagħtih il-warrant. Dan kien qiegħed jikser it-Trattat tal-Unjoni Ewropeadwar id-dritt li kull ċittadin tal-Unjoni Ewropea għandu li jmur jgħix fit-tulfejn jixtieq fil-pajjiżi tal-Unjoni. 

Ta’ min isemmi li kontra Malta masaret ebda kawża quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, iżda nfetħu infringement proceedings, fejn il-GvernMalti ġie mgħarraf li kellu jbiddel il-liġi tiegħu. F’Dicembru 2011,il-Parlament Malti unanimament għadda diversi emendi għal-liġi notarili fosthomdik li daħlet fis-seħħ fl-1 ta Jannar ta’ din is-sena, rigward iċ-ċittadinanzata’ min japplika biex joqgħod għall-ezami tal-warrant ta’ nutar fejn din inbidlet, u flok ċittadini Maltin biss,kull ċittadin tal-Unjoni Ewropea u tat-tlett pajjiżi taż-żona ekonomika Ewropeali l-Unjoni Ewropea għandna ċerti arranġamenti magħhom, għandu d-dritt jekkjissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha tal-liġi Maltija, li jappilka biex joqgħodgħall-eżami tal-warrant ta’ nutar. 

Din hija turija ċara li l-GvernMalti għandu għal qalbu l-interessi tan-Nutara Maltin u Għawdxin għaliex jekkċittadin ieħor Ewropew ikun jixtieq jippratika xogħol notarili f’pajjiżna, danma jistax jagħmlu jekk ma jkollux r-rekwiżiti neċessarji, cioe’ li jkun jafjikteb u jitkellem kemm bil-lingwa Maltija kif ukoll b’dik Ingliża.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow