Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr0744
Date Icon 29/03/2012

Qatt daqs dawnl-aħħar snin ma twettqet ħidma daqshekk intensiva favur il-ħarsien tal-annimali

L-Onor.Gino Cauchi waqt konferenza tal-aħbarijiet naqas milli jgħid il-verita` u jsemmil-avvanzi kbar li wettaq il-Gvern fl-aħħar 4 snin favur il-ħarsiental-annimali.  Il-Gvern bil-ħidma tiegħu wera bis-sħiħ li hu mpenjat bis-serjeta` biexinħarsu l-annimali. Għalhekk erba’ snin ilu dan il-Gvern waqqaf Dipartimentgħall-Ħarsien tal-Annimali. Matul is-sena 2011, is-servizz tal-ambulanzatal-annimali għalaq 3 snin mill-operat tiegħu u ġabar ‘l fuq minn 2,000 annimalferut.

F’Ottubru tas-sena 2010 infetaħ Ċentru San Franġisk għall-Ħarsiental-Annimali li qed jagħti servizz ta’ kura 24 siegħa kuljum, Ħdud u festinklużi. Kemm ilu jiffunzjona dan iċ-Ċentru, ingħata servizz lil 14,000 annimal. 

Il-Gvern ukoll ħareġ liġi li tobbliga lil kull sid ta’ kelb, biex kull kelbikollu microchip sal-aħħar ta’ Gunju tas-sena 2012.  Din iċ-ċippa fost numru ta’ benefiċċji għandhatwassal biex anqas persuni jabbużaw u jabbandunaw klieb meta jixbgħu minnhom.  Inbeda wkoll ix-xogħol preparatorju biexjinbnew shelters għall-karozzini fil-Belt Valletta, Tas-Sliema, SanĠiljan u r-Rabat, liema proġett se jiswa €300,000.  Il-Gvern għaddej ukoll bix-xogħol biexf’pajjiżna jkollna l-ewwel Dog Park, li għandu jservi biex familji li għandhomkelb ikunu jistgħu jieħdu l-kelb tagħhom f’dan il-Park fejn fih se jkun hemmlogħob varju għall-klieb. 

Bil-kontra ta’dak li ntqal waqt il-konferenza tal-Oppożizzjoni, il-vot tal-ospitalita` tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Ruralitnaqqas. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow