Left arrow Mur Lura

ĦIDMA FAVUR IL-ĦARSIEN TAS-SAĦĦA TAL-KONSUMATUR

pr0743
Date Icon 29/03/2012

Dalgħodu fil-limiti tal-Magħtab fiz-żona fejn hemml-irziezet, uffiċjali mid-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja wettquspezzjoni ta’ rutina fuq razzett li kien preżentament vojt bla annimali. Fuqdan is-sit kienet għaddejja attività mhux awtorizzata ta’ ippakkettjar ta’ bajdbiex jinbiegħ fis-suq lokali għal konsum uman. Kien għalhekk li kwantità ta’bajd għall-konsum ġiet ikkonfiskata u distrutta. 

Parti minn dan il-bajd kien bla timbru jew timbruma jingħarafx, u ammont ta’ bajd kellu timbri ta’ oriġini mhux Maltija li ma kinuxkonformi mar-regolamenti Maltin u Ewropej. Id-Direttorat għar-RegolazzjoniVeterinarja ma kellux pre-avviż li dan il-bajd li nstab dalgħodu kien ser jiddaħħalf’Malta filwaqt li l-packaging fuqis-sit inkwistjoni ma kienx qed isir b’konformita` mal-liġi.

Is-settur tal-bajd huwarregolat b’numru ta’ miżuri kif anki stabbiliti mill-Unjoni Ewropea.Id-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja ħa numru ta’ miżuri sabiex tiġiapplikata leġiżlazzjoni Ewropea li tipprovdi għal trattament xieraq tat-tiġieġwaqt il-ħajja tagħhom, fost oħrajn gaġeġ b’aktar spazju, bejta fejn tista’tidhol fil-privatezza biex tbid, ċertu tul ta’ passiġġiera, post fejn tista’issinn id-dwiefer tagħha u post fejn tista’ tħokk u tfarfar ir-rix. Dan ifisserli t-tiġieġ jgħixu aktar komdi u dan jissarraf fi kwalita`ta’ bajd aħjar. 

Malta hi konformimal-liġi Ewropea filwaqt li numru ta’ pajjiżi Ewropej għadhom ma tawxl-attenzjoni xierqa u t-tiġieġ tal-bajd qed jibqgħu jinżammu f’gaġeġtradizzjonali bi spazju limitat. 

Dan is-settur f’Malta hu mgħammar b’tali mod lijassigura kemm livell ogħli ta’ benessri għat-tjur kif ukoll jiggarantixxukwalità għolja ta’ produzzjoni. Il-konsumatur Malti b’dan l-avvanz għandu prova li l-prodott Malti huġenwin u tal-ogħla standard bil-fatti. 

Huwa għalhekk li f’dawn l-aħħar xhur żdiedul-ispezzjonijiet biex ikun assigurat li l-bajd li qed jidħol f’Malta huwakonformi mal-liġi u jkollhom l-informazjoni ġusta u vera fuq il-prodott li jitpoġġafis-suq, biex ikunu evitati riskji għall-konsumatur.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow