Left arrow Mur Lura

AKTAR KUMPANIJI JILĦQU STANDARD INTERNAZZJONALI U JŻIDU L-IMPJIEGI

pr0739
Date Icon 29/03/2012

Il-Kumpanija Seifert ingħatat iċ-ċertifikat MSA ENISO 9001 li huwa ċertifikat ta’ standard rikonoxxut internazzjonalment ma’ ’lfuq minn miljun organizazzjoni madwar id-dinja. Il-preżentazzjoni saret  kmieni llumwaranofsinhar mill-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji ż-Żgħar ul-Konsumatur Jason Azzopardi. 

Dan l-istandard jassigura li l-kumpanija tkunippreżentat livell għoli ta’ sodisfazzjon lill-konsumaturi tagħha, għaliexfilfatt l-istandard jikkonċerna l-proċessi varji fi ħdan il-kumpanija illijaffetwaw kemm il-prodott jew is-servizz li qed jiġi offrut. Dan iċ-ċertifikat,li jinħareġ mill-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur,huwa kkunsidrat bħala passaport ta’ prodotti u servizzi għall-esportazzjoni.Ħafna kumpaniji jsibuha diffiċli sabiex jippenetraw fis-suq barrani mingħajr majkollhom tali ċertifkat.

Il-Ministru Azzopardi feraħ lill-kumpanijagħall-impenn kontinwu tagħha sabiex tkabbar l-operat tagħha u b’hekk iżżidl-impjiegi. Filfatt huwa spjega li fejn fl-2009, il-kumpanija kienet timpjega134 ħaddiem, illum il-kumpanija qed tħaddem 200 impjegat, fosthom 18-ilinġinier u diversi technicians. Huwa sostna li dan juri biċ-ċar kemml-investiment u t-tkabbir tal-operat permezz ta’ fondi ta’ għajnuna mill-UnjoniEwropea, jgħin sabiex jiġġenera aktar impjiegi.

F’Malta hawn diġà 48 kumpanija li akkwistaw daniċ-ċertifikat ta’ dan il-livell u l-maġġoranza tagħhom huma negozji żgħar umedji. L-Awtoritàgħall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur tipprovditaħriġ intensiv fuq l-implimentazzjoni u awditjar intern fi ħdan diversikumpaniji, sabiex dawn eventwalment ikunu jistgħu japplikaw għal diniċ-ċertifikazzjoni. 

Il-Ministru Azzopardi faħħar l-impenn tal-KumpanijaSeifert u qal li dan iċ-ċertifkat jgħin aktar sabiex l-kumpaniji jkunu jistgħujikkompetu aħjar fis-swieq Ewropej u internazzjonali. Ħuwa saħaq illil-Awtorità qed tagħmel xogħol siewi f’dan il-qasam permezz tat-taħriġ li hijatorganizza fost dawn il-kumpaniji. 

Is-Sur Reuben Cuschieri General Managertal-kumpanija, qal illi l-Kumpanija bbenefikat ukoll minn 63,000 Ewromill-Fondi Regjonali tal-Unjoni Ewropea li bihom investiet sistema ta’ ERP Softwareu sistema tad-dawl li hija energy saver. Il-kumpanija se tkun qed terġa’tapplika għal dawn il-fondi  sabiex tinvesti f’aktar makkinarju innovattivu ta’ l-aħħar teknoloġija .

Il-Kumpanija Ġermaniza ilha topera f’Malta għaldawn l-aħħar 21 sena u  tipprovdi soluzzjonijiet għall-immaniġġjartas-sħana f’enclosures, f’applikazzjonijiet bħalma huma l-industrijatal-makkinarji u awtomazzjoni, data u sistemi ta’ kommunikazzjoni, kif ukollf’sistemi mediċi, dawk ta’ difiża, trasport u saħansitra enerġijaalternattiva.  Dan jinkludi riċerka, żvilupp u produzzjoni ta’ sistemispeċjalizzati ta’ arja kundizzjonata u ta’ skambju ta’ sħana; kif ukollservizzi marbutin ma’ din l-industrija speċjalizzata. Seifert għandhawkoll uffiċċji fl-Amerika, fil-Ġermanja u fl-Isvizzera. 

Il-Kumpanija toffri taħriġ lill-impjegati tagħhaf’kull livell kif ukoll toffri diversi sponsorships lill- impjegati ohraf’livell ta’ Diploma,  kif ukoll sponsorship oħra lill-inġinieraf’livelli ta’ Bacellerat, Masters u anke PhD. 

Seifert tesporta x-xogħol tagħha madwar id-dinja,b’57% minnhom fl-Ewropa u  36% fl-Amerika.Riċentament bdiet ukoll tesportaxogħol fl-Awstralja. 

Il-kumpanija qed tippjana illi fil-futur tespandi l-operat tagħha fuq swieq u applikazzjonijiet ġodda, bi prodottiinnovattivi bħal dawk li jaħlu anqas enerġija u teknoliġikament aktaravvanzati.  Fuq livell operattiv u produttiv, il-kumpanija kontinwamenttinvesti u taħdem b’mod kontinwu biex dejjem ittejjeb il-kwalità tal-prodott us-servizz kif ukoll tnaqqas l-ispejjeż sabbiex tibqa’ tikkompeti fis-suqglobali. 

Fl-aħħar nett, il-Ministru Azzopardi saħaq illihuwa fl-interess tal-kumpaniji kollha illi jissalvagwardjaw l-interessital-konsumaturi sabiex dawn ikunu sodisfatti mill-prodotti li jkunu xtraw umis-servizz li jingħataw.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow