IL-EUROGROUP JIFFOKA FUQ IL-QAGĦDA FINANZJARJA FI TLIET STATI MEMBRI EWROPEJ
Il-Ministrutal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech, ħalla Malta għalKopenħagen, fejn se jipparteċipa għal-laqgħa informali tal-Kunsill tal-Ministrital-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN) kif ukolltal-Eurogroup.
Il-qagħdafinanzjarja tal-Greċja, Spanja u l-Belġju se tkun fuq l-aġenda tal-Eurogroup.Dwar il-Greċja, il-Presidenza se tkun qed tmexxi diskussjoni dwar it-tienibailout, l-involviment tas-settur privat u r-rikpatilazzazzjoni tas-setturbankarju Grieg. Fid-diskussjoni, se jipparteċipaw ukoll il-Kummissarju EwropewOlli Rehn u l-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi.
Waqtil-laqgħa tal-ECOFIN, il-Ministri se jiddiskutu l-qagħda ekonomika ufinanzjarja fiż-żona Ewro; se ssir diskussjoni dwar proposti leġislattivifil-qasam tas-servizzi finanzjarji, inkluż ir-regolament dwar l-aġenzijital-credit rating filwaqt li se ssir tħejjija għal-Laqgħa tar-Rebbiebgħatal-IMF u tal-Ministri tal-Finanzi tal-G20.
Il-MinistruTonio Fenech hu akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministerutal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017