STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX B’RISPOSTA GĦALL-KONFERENZA TAL-AĦBARIJIET TAL-OPPOŻIZZJONI
L-Oppożizzjonimhix tgħid il-verità: Il-Baġit tal-Ministeru għal Għawdex għal 2012 hu aktarminn dak tal-2011. €2.3 miljuni aktarmis-sena li għaddiet
Kull sena l-Gvernqed iżid l-investiment f’Għawdex. Għaldin is-sena l-allokazzjoni finanzjarja għal Għawdex hi żewġ miljuni aktarmis-sena li għaddiet. Għalhekk dak li qalet l-Oppożizzjoni mhux il-verità. L-Oppożizzjoniqed taħbi billi tgħid nofs veritajiet u billi tivvinta.
Il-kelliemtal-Oppożizzjoni għal Għawdex, Dr Anton Refalo qiegħed jinterpreta l-fatti kifirid u għal skopijiet tiegħu. Hu qal li l-unika servizz għall-anzjani li hemmf’Għawdex huwa dak tal-Homehelp CareService. Dan ma hux minnu. Fil-fatt illum l-anzjani f’Għawdex għandhomħafna aktar servizzi bħal ma huma Mealson Wheels, il-handyman service, telecare, id-Day Centre għall-Anzjani lifih jattendu anzjani minn madwar Għawdex kollu matul is-sena kollha u ankel-Università tat-Terza Età. Dawn is-servizzi kollha li qed jingħataw serjibqgħu jingħataw. M’huwiex minnu li f’Għawdex m’hawn l-ebda dar tax-xjuħtal-Gvern għaliex fil-fatt il-Gvern waqqaf ir-Residenza Sant’Anna għall-anzjaninisa u Taqsima tal-Ġerjatrija għall-anzjani rġiel.
Is-setturtat-turiżmu f’Għawdex qatt ma ngħata attenzjoni daqs kemm ingħata f’dawnl-aħħar snin. Dr Refalo nesa kemm ikkritika l-proġett tal-bini ta’ Istitutgħall-Istudji Turistiċi ġdid u issa qiegħed ukoll jikkritika l-fatt li l-flusallokati għal din l-iskola naqsu. Il-bini ta’ dan l-Istitut kien biss proġettwieħed fost katina ta’ inizjattivi u proġetti li permezz tagħhom il-Ministerugħal Għawdex saħħaħ il-ħidma tiegħu b’risq is-settur turistiku Għawdxi li issahuwa rikonoxxut bħala destinazzjoni distinta u sar destinazzjoni popolari ma’bosta barranin fil-qasam tad-diving.Il-ħidma f’dawn l-aħħar snin wasslet biex jiġi stabilit ukoll pjan li jagħmelminn Għawdex destinazzjoni rurali li qiegħda wkoll tiġi kkunsidratafil-Politika Nazzjonali dwar it-Turiżmu. Nesa’ jsemmi Dr Refalo li f’dawnl-aħħar sentejn il-Ministeru għal Għawdex ġie allokat b’€500,000 kull sena biexikun jista’ jirreklama lil Għawdex b’mod distint. Dan ir-reklamar sar ukollfil-qasam tal-cruiseliners li f’dawnl-aħħar snin ra żieda kostanti u s’issa għal din is-sena madwar 20 vapurikkonfermaw waqfa f’Għawdex b’possibilità li dan in-numru jiżdied.
Ma hux minnu lil-gvern ma għamel xejn fil-qasam tax-xogħol. Il-Gvern qatt ma beża’ jgħid lidan il-qasam huwa l-akbar sfida għal gżira għax din hi realta, iżda dan majfissirx li m’għamel xejn. Fil-fatt fl-aħħar erba’ snin id-domandagħall-impjiegi laħqet 2,290 vakanza li 793 minnhom kienu reġistrati f’dinl-aħħar sena. F’dan l-istess żmien l-ETC sabet impjieg lil 699 ħaddiem permezzta’ placement dirett. Il-gvern ħoloqskemi u inizjattivi speċifiċi li jindirizzaw din l-isfida. Eżempju ta’ dankienet il-Gozo Employment Aid Schemeli aktar tard ġiet addottata fuq skala nazzjonali bħala l-Employment Aid Programme li permezz tagħha 450 ħaddiem Għawdxi ġewimpjegati minn 150 intrapriża f’Għawdex. 200 mis-700 kumpanija li s’issabbenefikaw mill-iskema Microinvest humakumpaniji li joperaw f’Għawdex li bejniethom investew aktar minn €2 miljun user jingħataw lura aktar minn €1.2 miljun fi krediti ta’ taxxa. L-ETCorganizzat korsijiet biex jiġu mtejba l-ħiliet tal-ħaddiema li għalihom ġewreġistrati 3,791 attendenza f’dawn l-aħħar erba’ snin. Dan barra li żdiedetil-parteċipazzjoni tan-nisa fil-qasam tax-xogħol f’Għawdex li 676 minnhom qedjibbenefikaw minn tnaqqis ta’ aktar minn €735,000 fi tnaqqis ta’ taxxa wara lirritornaw għax-xogħol wara li kellhom tarbija. Dan minbarra għadd ta’ family friendly measures li minnhom qedjibbenefikaw kemm nisa kif ukoll irġiel.
Permezztal-kummenti tiegħu l-Onor. Refalo u l-Partit Laburista wrew kemm għadhom mafehmux jew ma jridux jifhmu l-kunċett marbut mal-viżjoni eko-Għawdex.Il-Ministeru għal Għawdex jixtieq jiċċara li mill-fondi għal eko-Għawdex qedjibbenefika u ser ikompli jibbenefika Għawdex kollu permezz ta’ inizjattivi uproġetti marbuta mal-ekonomija, l-ambjent, il-qasam soċjali flimkien mal-wirtstoriku u dak kollu li jagħti identità distinta lil gżira. U Dr Refalo qedjikkritika l-fatt li dan il-gvern ma naqqasx il-fondi allokati ma’ eko-Għawdex.Jekk xejn dan il-fattur hu xhieda tas-serjetà li biha l-gvern qed jittratta dinil-viżjoni li veru tolqot fil-laħam il-ħaj lil Għawdex u l-Għawdxin. Minbarral-proġetti li għaddej bihom il-Ministeru għal Għawdex li jinkludu programmi ta’afforestazzjoni, il-ħolqien ta’ Ċentru ta’ Innovazzjoni fix-Xjenzi rurali uĦarsien Ambjentali, proġetti għat-tindif tal-widien u l-ħażna tal-ilmatax-xita, l-użu ta’ pannelli fotovoltaiċi f’binjiet tal-gvern, parteċipazzjonifi programmi tal-Unjoni Ewropea li jittrattaw l-agrikoltura, l-ambjent ut-turiżmu, programmi ta’ żieda fl-għarfien dwar ħajja u żvilupp sostenibbli, ubosta inizjattivi oħra ntefqu €2miljun fil-lokalitajiet Għawdxin permezz ta’żewġ skemi mnedija mill-istess Ministeru. F’dawn l-iskemi pparteċipaw 48 entitàbejn Kunsilli Lokali, Kumitati Ammministrattivi, u Għaqdiet mhux GovernattiviGħawdxin li wettqu 51 proġett li jvarjaw fl-għanijiet tagħhom. Huwa kkalkulatli dawn il-proġetti ssarfu fi kważi 66,000 siegħa xogħol li huma ekwivalentigħal 32 impjieg għal sena sħiħa.
Minkejja li saretreviżjoni fil-budget, il-vot għal Għawdex hu aktar mis-sena li għaddiet. Ir-reviżjoni saret fid-dawl tal-iżviluppiekonomiċi internazzjonali li seħħew fl-aħħar tas-sena li għaddiet u ghalhekkil-Gvern ħa deċiżjoni li jittieħdu dawk il-passi kollha meħtieġa biex jekk ikunhemm bżonn jipproteġi l-impjiegi kif għamel fl-2009 quddiem il-kriżi ekonomikau finanzjarja internazzjonali. Is-soluzzjoni ta’ Dott Muscat, kienet tkun li flok reviżjoni, kienjagħmel taxxi ġodda u jżid it-taxxi. Hekk imxew Gvernijiet Laburisti kull darbali kienu ffaċċjati bi sfidi.
Il-Gvern għanduviżjoni ċara għal Għawdex li hija msaħħa bi programm ta’ ħidma u investimentkontinwu li minnu jibbenefikaw il-familji Għawdxin kollha. Kienu Gvernijiet Laburistili kienu xħaħ ma’ Għawdex.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017