Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, WAQT IĊ-ĊERIMONJA TAL-ĦATRA TAL-KUNSILLIERA LOKALI ELETTI FL-10 TA’ MARZU 2012 – L-ERBGĦA, 28 TA’ MARZU 2012, IL–BERĠA TA’ KASTILJA, IL-BELT VALLETTA

pr0731
Date Icon 28/03/2012

Sindki,

Kunsilliera,

Mistednin Distinti,
Sinjuri, 

Dan il-mument huwa ta’ importanza kbira għalikombħala persuni eletti fil-livell ta’ Gvern Lokali.  Hu mument ta’ importanza wkoll għar-residentili eleġġewkom fil-kariga, għaliex id-deċiżjonijiet li se tieħdu intom sejkollhom effett fuq kif se jgħixu n-nies fil-lokalità.  L-aspirazzjonijiet tar-residenti intom tridutbiddluhom f’inizjattivi u proġetti li r-residenti jkunu sodisfatti bihom ujipparteċipaw b’mod sħiħ. 

Il-kariga tagħkom, żġur iġġib taħlita ta’emozzjonijiet u sodisfazzjon, impenn u sagrifiċċju, u ġġib ukollresponsabbiltajiet u doveri li kull wieħed u waħda minnkom jeħtieġ liteżerċitaw b’mod totali u leali mhux biss lejn il-poplu li eleġġikom iżda wkolllejn il-Kostituzzjoni ta’ Malta. 

Il-funzjonijiet tagħkom ser jirrikjedu mhux bissl-operat ta’ kuljum tal-Kunsill Lokali tal-lokalità tagħkom imma wkoll litieħdu deċiżjonijiet importanti li jbiddlu l-andament tal-lokalità li intomtgħixu fiha.  Deċiżjoni li permezztagħhom ir-residenti jgħixu aħjar. Deċiżjonijiet li bihom ikollna komunitajiet aktar ħajja.  Deċiżjonijiet fejn ir-residenti jsibu ambjentaħjar, iżda fuq kollox isibu wkoll spazju fejn it-tfal u l-familji jimirħufil-qasam edukattiv, soċjali, sportiv u kulturali.

Kull deċiżjoni li tieħdu ser teffettwa b’mod jewieħor il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadin li intom tirrappreżentaw.   

Sinjuri,

Ir-responsabbiltà tagħkom iġġib magħha l-obbliguli tużaw il-flus li jgħaddilkom il-Gvern bl-aħjar mod.  Intom obbligati li timxu mal-liġijiet b’modpartikulari mar-regolamenti finanzjarji. Għaldaqstant, kull Kunsill Lokali għandu Segretarju Eżekuttiv li huwal-Kap Finanzjarju u Amministrattiv.  Danhuwa wkoll rwol importanti biex ikun jista’ jidderiġikom aħjarfid-deċiżjonijiet tagħkom.  Irridnirringrazzja lis-Segretarji tal-Kunsilli Lokali tal-ħidma tagħhom. 

Il-Gvern qiegħed jipprovdi wkoll l-għajnunameħtieġa biex il-Kunsilli Lokali jaqdu dmirhom aħjar.  Id-Dipartiment tal-Gvern Lokali qiegħed hemmbiex jipprovdilkom is-support kollu meħtieġ. Madankollu, intom għandkom taraw li tieħdu d-deċiżjonijiet li jidhrilkomxierqa u li tinvolvu mill-anqas lid-Dipartiment sakemm tali sitwazzjoni matirrekjedix mod ieħor.  Id-Dipartimentsaħħaħ l-operat tiegħu u għaldaqstant waqqaf Unit ta’ Taħriġ, mhux bissgħas-Segretarji Eżekuttivi u anke għas-Segretarji Eżekuttivi Prospettivi, immawkoll għall-istaff tal-istess Kunsill Lokali, kif ukoll għall-kunsilliera.  Dwar dan, id-Dipartiment ħa ħsieb li fformulaprogramm ta’ taħriġ għalikom bħala persuni eletti. 

Sinjuri, 

Illum il-Kunsilli Lokali huma realtà.  Diffiċli li llum timmaġina lil pajjiżnamingħajr Kunsilli Lokali.  Madankollufil-ħajja ta’ pajjiż, il-Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex m’għandhomx snintwal warajhom.  Għandhom anqas minn 20sena, iżda f’dawn is-snin kienu strumentali biex għamlu bidlietfil-lokalitajiet tagħna.  Illum f’kullbelt u raħal tmur u tara proġetti u inizjattivi li kieku ma kinuxgħall-Kunsilli Lokali, kieku ma sarux.  

Il-Gvern f’din il-leġislatura, saħħaħ il-KunsilliLokali billi nieda diversi skemi biex il-Kunsilli Lokali jieħdu aktarinizjattivi favur ir-residenti, fosthom dawn kien hemm biex jiġu organizzatiattivitajiet kulturali, biex isiru aktar toroq residenzjali, biex il-postijietpubbliċi jkunu aktar aċċessibbli, biex tintuża aktar l-enerġija alternattiva ubiex isir restawr ta’ postijiet storiċi. 

F’dawn l-4 snin il-Gvern għadda lill-KunsilliLokali, €159 miljun biex ikunu jistgħu jieħdu inizjattivi u jwettqu proġettilokali għall-ġid tar-residenti.  Barraminn hekk il-Kunsilli Lokali kisbu €8.3 miljun oħra f’fondi Ewropej biex għamlu65 proġett ieħor. Huma kisbu dawn il-fondi permezz tal-għajnuna mogħtija mill-MEUSAC, li waqqaf il-Gvern fil-bidu ta’din il-leġislatura biex fost l-oħrajn jgħin lill-Kunsilli Lokali ulill-għaqdiet mhux governattivi jiksbu fondi mill-Unjoni Ewropea. 

Mhux se nieqfu hawn fl-inizjattivi għall-KunsilliLokali.  Dan hu vjaġġ.  Intom parti minn dan il-vjaġġ.

Is-suċċess li għamel il-pajjiż fil-qasam tal-GvernLokali kulħadd ikontribwixxa għalih u hawn insellem u nirringrazzjalill-Kunsilliera kollha li servew mill-1993 sal-lum.  Tislima wkoll speċjali għal dawk li servewf’dawn il-karigi u m’għadhomx magħna f’din il-ħajja. 

Lilkom li tinsabu miġbura hawn illum nawguralkomkull suċċess fil-ħidma u l-vjaġġ li se tagħmlu flimkien mal-Gvern umar-residenti.

 Grazzi. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow