STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-INTERN U AFFARIJIET PARLAMENTARI
L-Oppożizzjoni mhix tgħid il-verità
Il-Ministeru tal-Intern u AffarijietParlamentari jirreferi għall-konferenza tal-aħbarijiet mill-Kelliemtal-Oppożizzjoni, l-Onor. Michael Falzon rigward l-ispiża tal-Gvern fil-qasamtal-Intern.
Il-verità sħiħa hi li l-ispiżatal-Gvern fil-qasam tal-intern għal din is-sena żdiedet meta mqabbla mal-ispiżagħas-sena 2011. Il-vot tad-dipartimenti li jidħlu f’dan il-qasam, fosthom daktal-Korp tal-Pulizija u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili żdiedu b’total ta’kważi €1.9 miljuni.
L-Oppożizzjoni qed tipprova tnessil-effett pożittiv li l-implimentazzjoni tar-riforma tal-Ġustizzja Riparatriċili issa bdiet titħaddem qed ikollha fuq l-operat tal-Faċilità Korrettiva ta’Kordin.
L-Oppożizzjoni, jekk isegwi dak liqed jiġri, suppost taf li issa li din ir-riforma daħlet fis-seħħ, l-oqsma tal-probation u dak ġdid tal-parole inqatgħu f’dipartiment għalih –id-Dipartiment tal-Probation u Parole li għandu vot rikurrenti separat ta’€477,000. B’hekk il-Gvern qiegħed jinvesti total rikurrenti ta’ €9.13 miljunif’sistema li tassew tirriforma lill-priġunier u dawk li jkunu wettqu reatkontra s-soċjetà. Dan ifisser żieda ta’ aktar minn €225,000 fuq is-sena ligħaddiet.
Minn dan kollu joħroġ ċar lil-Oppożizzjoni, għal darb’oħra qed tinqabad tipprova tmeri ċifri li huma ċari uinekwivokabbli. L-Oppożizzjoni mmexxijaminn Dott. Muscat mhix tgħid il-verita’.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017