Left arrow Mur Lura

PROĊEDURA INNOVATTIVA FL-ISPTAR MATER DEI TAGĦTI ĦAJJA MILL-ĠDID LILL-PAZJENTI LI MA SETGĦUX JIĠU OPERATI

pr0726
Date Icon 28/03/2012

Matul dawn l-aħħar sentejn fl-Isptar Mater Dei bdietissir proċedura li tissejjaħ Trans AorticValve Implantation – TAVI, proċedura innovattiva li matulha tiġi mdaħħla mollafl-aorta sabiex din tinfetaħ.

Profs.Albert Fenech, Konsulent Kardjologu, spjega li s-sistema taħdem permezz ta’molla li tiddaħħal mill-femoral artery permezz ta’ catheter.Ladarba l-molla titwassal fil-valve tal-qalb din tinfetaħ permezz ta’bużżieqa u titqiegħed f’postha. Ladarba dan iseħħ, titniżżel il-bużżieqa u jitneħħa l-catheter, filwaqt li l-molla tibqa’ f’posta.

Il-ProfessurFenech qal li f’Malta diġà saru 20 proċedura ta’ TAVI, filwaqt li ser isirużewġ proċeduri oħra fil-ġimgħat li ġejjin. Hu qal li proċedura simili tiswamadwar €24,000 kull waħda u issir għal pazjenti li minħabba problemi ta’ saħħa,normalment ikkawżati minn età avvanzata, ma jkunux jifilħu għal open heartsurgery. Permezz tat-TAVI dawn il-pazjenti qed jgħixu għal aktar snin.

Il-Professur Fenech appellalill-pubbliku biex ikun aktar konxju dwar saħħtu. Hu qal li d-dijabete u l-piżżejjed jikkontribwixxu biex is-saħħa tal-persuna tmur lura drastikament. ProfFenech qal li dejjem tajjeb li wieħed jieħu ħsieb saħħtu għax dan ikun ifisserinqas problemi ta’ saħħa u inqas bżonn ta’ interventi fuq il-ġisem tal-bniedem.Kif kien tħabbar waqt it-tnedija tal-istrateġija kontra l-obeżità, huwa stmatli l-obeżità tiswa lill-pajjiż madwar €25 miljun fis-sena f’servizzi mediċi. 

Il-Ministrugħas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, Dr Joe Cassar, fisser kif it-TAVIhija biss waħda minn numru ta’ proċeduri ġodda li qed iseħħu fl-Isptar MaterDei. Hu rringrazzja lil Profs. Fenech u t-tim ta’ professjonisti li jaħdmu flimkienbiex jgħinu lill-pazjent, anke bl-assistenza ta’ teknoloġija simili.

JoeCassar qal li mhux biss Malta hi waħda mill-ftit pajjiżi li qed toffri dinil-proċedura partikolari imma l-professjonisti Maltin se jużaw l-esperjenzamiksuba biex jgħallmu lill-professjonisti oħra tas-saħħa fir-Rumanija, sabiexhemm ukoll tkun tista’ tibda ssir it-TAVI.

Huqal li dan jikkonferma l-viżjoni tal-Gvern għall-qasam tas-saħħa fejn permezzta’ ppjanar serju u fit-tul fl-Isptar qed jiġu offruti proċeduri li letteralmentqed isalvaw il-ħajja ta’ aktar persuni filwaqt li jevitaw il-bżonn li pazjentiMaltin isiefru għall-kura li jkollhom bżonn. Il-Ministru qal li d-diversiproċeduri jirrikjedu investiment qawwi u kostanti, li l-Gvern qiegħed jipprovdigħall-ġid tal-pazjent. Barra minn hekk, issa wasalna f’punt fejn professjonistiMaltin qed jgħallmu professjonisti barranin dwar kif għandhom isiru proċeduridifferenti. Dan seħħ ukoll fil-qasam tal-Breast Screening.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow