STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI
Qed issir referenza għal diversi stqarrijiet li sarufil-media dwar il-każ “Ir-Repubblikavs. Duncan Deguara” li kien dwar il-mewt ta’ Sulei Ismail Abubaker. Dawnl-istqarrijiet li dehru fil-media fid-19, fl-24 u fil-25 ta’ Marzu 2012 kienufost affarijiet oħra jimplikaw li l-prosekuzzjoni kienet motivata minn razziżmu u li makinitx onesta fil-qadi ta’ dmirijietha.
L-istqarrijiet kienu bbażati fuq numru ta’ ineżattezziu fatti mgħawġa.
Per eżempju donnu biex jingħata aktar kulurlill-istqarrijiet ingħad illi l-akkuża kienet waħda ta’ omiċidju volontarjamentri l-akkuża prinċipali kienet dik ta’ offiża gravi segwita mill-mewt lil-elementi tagħha huma kompletament differenti minn dawk tal-omiċidju volontarju.
Ingħad ukoll illi l-każ ma ġiex investigat mill-ewwelmentri rriżulta li l-Pulizija kienet fuq il-post immedjetament u l-investigazzjonijietbdew minnufih.
Ingħad ukoll illi ix-xhieda ta’ żewġ studenti Franċiżima nġibitx u li minflok inqraw biss żewġ stqarrijiet tagħhom. Dan ukollm’huwiex korrett billi l-hekk imsejħa “stqarrijiet” ta’ dawn ix-xhieda ma humastqarrijiet xejn iżda huma depożizzjonijiet ġuramentati li dawn ix-xhieda kienutaw fil-Qorti quddiem il-Maġistrat fl-istadju tal-kumpilazzjoni. Huwal-Artikolu 646 (2) tal-Kodiċi Kriminali li fil-fatt jistipula li meta xhud ikunassenti minn Malta ma tapplikax il-ħtieġa lihuwa jixhed viva voce u għalhekkix-xhieda li jkun ta fl-istadju tal-kumpilazzjoni tinqara lill-ġurati u dinil-proċedura hija dejjem segwita. Fil-fatt dawn ix-xhieda kien ukoll sarilhomil-kontro-eżami mid-difiża fl-istadju tal-kumpilazzjoni.
Ingħad ukoll illi kważi x-xhieda kollha xehdu fil-ġurikellhom konnessjonijiet mal-akkużat. Dan ma huwa minnu xejn u x-xhieda prodottifil-ġuri kienu uffiċċjali tal-pulizija, xhieda esperti u xhieda pajżana kifisir f’kull proċess.
Illi fl-istess stqarrijiet xhud partikolari ġiedeskritt bħala wieħed mix-xhieda ewlenin fil-ġuri mentri dan kien xhud prodottmid-difiża li xehed ma diversi xhieda oħra.
Għaldaqstant huwa kemm skorrett kif ukoll inġust illijsiru stqarrijiet li jħammgu lill-proċess ġudizzjarju u lill-prosekuzzjonib’insinwazzjonijiet ta’ razziżmu u ta’ motivi ulterjuri sempliċement għax minjagħmilhom ma jkunx jaqbel mal-verdett finali tal-ġurati u kieku kien għalihkien ikun mod ieħor. F’soċjetà demokratika r-rispett tas-sentenzi tal-Qratihija bażi tal-istat tad-dritt li jiggarantixxi d-drittijiet ta’ kulħadd.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017