90 PROFESSJONIST FID-DIPARTIMENTI TAL-FIŻJOTERAPIJA U L-OCCUPATIONAL THERAPY
Fid-dawl tal-fatt li l-poplu Malti qed jixjieħ, il-Gvern qed dejjem jinvesti f’iktar servizzi għall-anzjani tagħna. Illum id-Dipartimenti tal-Fiżjoterapija u l-Occupational Therapy fi ħdan id-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunità jħaddmu mad-90 professjonist. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità l-Onor Mario Galea waqt żjara li għamel lis-Servizzi tal-Fiżjoterapija u l-Occupational Therapy fir-Residenza San Vinċenz de Paul.
Is-Segretarju Parlamentari fakkar li din ir-Residenza tilqa’ kważi 1200 ruħ. Ir-Residenza San Vinċenz de Paul toffri kura speċjalizzata u tilqa’ fiha residenti b’dipendenza għolja u li għandhom bżonn kura minn numru ta’ professjonisti, inkluż tobba, infermiera, fiżjoterapisti u Occupational Therapists.
Galea fakkar li f’erba’ snin, matul din il-leġiżlatura, il-Gvern ipprovda 689 sodda aktar għall-anzjani tagħna.
Is-servizzi tal-Fizjoterapija u l-Occupational Therapists jingħataw fir-Residenza San Vinċenz de Paul, il-wards tal-Ġerjatrija tal-Isptar Monte Carmeli, id-Djar tal-Anzjani, il-pazjenti li jaqgħu taħt il-PPP, u d-Day Centres, u jingħata wkoll servizz ta’ outpatients lill-anzjani ta’ sittin sena ‘il fuq. Galea qal li l-fiżjoterapisti, fit-taqsima tal-out patients, matul l-2011, kellha elf u żewġ klijenti. B’kollox saru 3469 intervent. It-taqsima tas-servizzi fid-djar tal-individwi rat 194 klijent li kellhom bżonn 374 intervent. Dan is-servizz issa qed ikun ikkordinat flimkien mal-Commcare.
Servizz ieħor importanti hu l-Occupational Therapy li għandu l-għan li jtejjeb il-livell ta’ indipendenza fl-attivitajiet ta’ kuljum tal-klijent fosthom dawk personali, domestiċi u rikreattivi. Matul l-2011, l-OT’s raw 4918 ruħ. Dan fisser 21747 sessjoniji ta’ OT.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017