STQARRIJA KONĠUNTA MID-DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA U L-UNION TAL-INFERMIERA U L-QWIEBEL (MUMN)
Waqt laqgħa bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u l-MUMN li ġiet fi tmiemha ftit tal-ħin ilu, ġie konkluż li:
• Iż-żewġ partijiet qed jaqblu li bħala miżura temporanja fis-swali tal-mediċina u l-kirurġija fl-isptar Mater Dei ser tiżdied sodda waħda (flok tnejn jew tlieta) f’kull sala, fl-aktar kamra spazjuża, li tista takkomoda żewġ sodod. Dawn se jitneħħew aktar tard din is-sena meta tkun fetħet sala ġdida fl-isptar.
• Sar qbil ukoll li ser ikun hemm żieda ta’ infermiera fis-swali fejn ser ikun hemm żieda ta’ sodda. Dan kemm matul il-jum kif ukoll matul il-lejl.
• Ser ikun hemm numru ta’ laqgħat skedati bejn it-tmexxija tal-isptar Mater Dei u l-MUMN bl-iskop li jinstabu soluzzjonijiet fit-tul.
Il-laqgħa, li damet madwar tliet siegħat, kienet waħda kordjali u pożittiva u li fiha ġew diskussi id-diversi metodi ta’ kooperazzjoni fl-aħjar interessi tal-pazjenti u l-infermiera.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017