Left arrow Go Back

STQARRIJA KONĠUNTA MID-DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA U L-UNION TAL-INFERMIERA U L-QWIEBEL (MUMN)

pr0420
Date Icon 23/02/2012

Waqt laqgħa bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u l-MUMN li ġiet fi tmiemha ftit tal-ħin ilu, ġie konkluż li:

• Iż-żewġ partijiet qed jaqblu li bħala miżura temporanja fis-swali tal-mediċina u l-kirurġija fl-isptar Mater Dei ser tiżdied sodda waħda (flok tnejn jew tlieta) f’kull sala, fl-aktar kamra spazjuża, li tista takkomoda żewġ sodod.  Dawn se jitneħħew aktar tard din is-sena meta tkun fetħet sala ġdida fl-isptar.

• Sar qbil ukoll li ser ikun hemm żieda ta’ infermiera fis-swali fejn ser ikun hemm żieda ta’ sodda. Dan kemm matul il-jum kif ukoll matul il-lejl.

• Ser ikun hemm numru ta’ laqgħat skedati bejn it-tmexxija tal-isptar Mater Dei u l-MUMN bl-iskop li jinstabu soluzzjonijiet fit-tul.

Il-laqgħa, li damet madwar tliet siegħat, kienet waħda kordjali u pożittiva u li fiha ġew diskussi id-diversi metodi ta’ kooperazzjoni fl-aħjar interessi tal-pazjenti u l-infermiera.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow