Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA, KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U L-FAMILJA

pr0418
Date Icon 23/02/2012

Il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) b’budget ta’ miljun ewro aktar mis-sena li għaddiet

Kuntarju għall-impressjoni żbaljata li ppruvaw jagħtu ċertu sezzjonijiet tal-media, il-budget għall-2012 tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) u tat-tliet Aġenziji fi ħdanha żdied sostanzjalment fuq is-snin li għaddew.

Għal din is-sena l-budget tal-FSWS, l-Aġenżiji Appoġġ, Sapport u Sedqa, hu ta’ €13.6 miljun.  Dan ifisser żieda ta’ miljun Ewro fuq l-2011, u żieda ta’ €1.6 miljun fuq l-2010.  Bir-reviżjoni tal-budget is-servizzi mhux se jonqsu. Biż-żieda fuq il-budget tas-sena li għaddiet, se tkompli l-ħidma biex jiddaħħlu servizzi ġodda matul l-2012.

Il-Gvern hu kommess li kull sena jivvota aktar flus sabiex dawn l-aġenziji jkomplu jagħtu s-servizz tagħhom lill-persuni vulnerabbli inkluż tfal u persuni b’diżabilità.

Il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Socjali tibqa’ żżomm l-impenn tagħha lejn it-tfal, adulti u familji li jużaw is-servizzi tagħha u tibqa’ taħdem sabiex dejjem twassal servizzi professjonali lil min għandu bżonn l-għajnuna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow