L-UNIFORMI TAT-TFAL TAL-ISKOLA
Il-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali jinforma lill-pubbliku in ġenerali li qed iniedi proċess ta’ konsultazzjoni fuq ir-rapport intitolat “L-Uniformijiet tal-Iskejjel”. Dan wara li l-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali kien ħa l-inizjattiva biex jiddiskuti l-kwistjoni tal-prezzijiet tal-uniformi tal-iskola.
Wara li sema’ l-kummenti tal-uffiċjali mill-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni, mid-Direttorat tas-Servizzi Korporattivi u s-Servizzi Edukattivi u rappreżentanti tal-Iskejjel tal-Knisja u tal-Kulleġġi, il-Kumitat qed jippreżenta dan ir-rapport, li huwa wkoll id-disa’ rapport li l-Kumitat ħareġ f’din il-Ħdax-il Leġislatura.
Kopja ta’ dan id-dokument - li huwa aċċessibbli fuq il-websajt tal-Parlament http://www.parliament.gov.mt/socialaffairscommittee - jiddiskuti l-prezzijiet tal-uniformijiet u l-bejgħ tagħhom, kif ukoll jelenka studju fuq is-suq tal-uniformijiet. F’dan id-dokument hemm ukoll is-suġġerimenti li taw, kemm l-esperti kif ukoll il-Membri tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali.
Għaldaqstant il-Kumitat qed jistieden lil kull min hu interessat biex jibgħat il-kummenti u s-suġġerimenti tiegħu fuq id-dokument, permezz ta’ e-mail fuq l-indirizz elettroniku tal-Kumitat sal-Ġimgħa 9 ta’ Marzu 2012. Is-sottomissjonijiet, li jistgħu wkoll ikunu anonimi, jistgħu jintbagħtu b’e-mail fuq socialaffairs@parlament.mt jew bil-miktub indirizzati lis-:
Is-Segretarja
Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali
Kamra tad-Deputati
Il-Palazz
Il-Belt Valletta
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017