Left arrow Mur Lura

L-EWWEL KONFERENZA AWDJOVIŻIVA DIRETTA FIĊ-ĊENTRU GĦAWDXI TAL-ARTI U L-ARTIĠJANAT WISTIN CAMILLERI

pr0412
Date Icon 23/02/2012

Madwar 70 parteċipant u għalliema taċ-Ċentru Għawdxi tal-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri attendew għall-ewwel konferenza awdjoviżiva bejn Baruch College fi New York fl-Istati Uniti u ċ-Ċentru f’Għawdex. Din il-konferenza setgħet tittella’ permezz ta’ kollaborazzjoni bejn l-Ambaxxata Amerikana f’Malta u ċ-ċentru Wistin Camilleri.

L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex nediet din il-konferenza awdjoviżiva, li matulha Dr Gail Levin, lecturer f’Baruch College ddiskutiet l-artist magħruf Amerikan Edward Hopper u x-xogħlijiet tiegħu. Il-Ministru Giovanna Debono faħħret l-inizjattiva taċ-Ċentru Għawdxi u l-kollaborazzjoni mal-Ambaxxata Amerikana f’Malta li permezz tagħha l-parteċipanti Għawdxin ikollhom l-opportunità li jkabbru l-għarfien tagħhom permezz ta’ sessjonijiet ta’ tagħlim ma’ istituzzjonijiet barra minn xtutna. Żiedet tgħid li dan huwa eżempju ta’ tagħlim sostenibbli. Il-Ministru għal Għawdex qalet li permezz ta’ dan il-proġett innovattiv iċ-Ċentru Għawdxi tal-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri żied l-attrezzatura u l-faċilitajiet li jkomplu jtejbu l-kwalità u d-diversifikazzjoni fit-tagħlim li joffri. 

It-tieni konferenza awdjoviżiva ser issir fl-aħħar ġimgħa ta’ Marzu u ser titratta r-reklami Amerikani. Minbarra li qed toffri l-appoġġ tekniku kollu li permezz tiegħu l-parteċipanti f’Għawdex ikunu jistgħu jsegwu taħdidiet li jkunu qed jittellgħu fl-Istati Uniti, l-Ambaxxata Amerikana f’Malta qed tassisti wkoll fl-għażla tal-kelliema.

Matul l-istess attività, il-Ministru Giovanna Debono inawgurat wirja ta’ bnadar Amerikani u simboli oħra li jirrappreżentaw l-Istati Uniti tal-Amerika. Kien hemm preżenti wkoll żewġ uffiċjali mill-Ambaxxata Amerikana f’Malta - is-Sur Elijah Waterman li hu responsabbli mill-media u l-kultura u s-Sa. Louise Falzon, Information Resource Center Director.

Għal din l-okkażjoni, rappreżentant tal-Ambaxxata Amerikana f’Malta ppreżenta sett kotba lill-Kap taċ-Ċentru Wistin Camilleri. Saret ukoll preżentazzjoni ta’ sett kotba oħra relatati mal-kors tal-fotografija minn Dun Charles Cini sdb. Dawn il-kotba ser ikomplu jsaħħu l-varjetà ta’ kotba speċjalizzati fil-librerija ta’ dan iċ-ċentru kreattiv f’Għawdex.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow