IL-MINISTRU TAL-INTERN U AFFARIJIET PARLAMENTARI JILTAQA MAL-KUNSILL LOKALI TAL-PIETÀ
Il-Gvern Ċentrali qiegħed jappoġġja bis-sħiħ inizjattiva tal-Kunsill Lokali tal-Pietà biex din il-lokalità jkollha għassa tal-Pulizija fi żmien qasir.
Waqt laqgħa ma’ delegazzjoni mill-kunsill lokali mmexxija mis-sindku Dr. Malcolm Mifsud, il-Ministru għall-Intern u Affarijiet Parlamentari, Carm Mifsud Bonnici tenna l-appoġġ tiegħu għal din l-inizjattiva ta’ prijorità. Il-Kunsill qed jiffoka l-isforzi tiegħu biex tiġi devoluta l-ex Guard Room tal-Isptar San Luqa biex din tiġi restawrata f’ Għassa tal-Pulizija. Dan il-proġett għandu joffri pjattaforma aħjar minfejn il-Korp tal-Pulizija jkun jista jaqdi l-ħtiġijiet tal-komunità fil-Pietà u anke għall-madwar 900 pazjenti li jattendu kuljum fl-uniku detox centre f’Malta.
Proġetti oħra li l-Kunsill Lokali bħalissa qed jaħdem fuqhom huma l-Public Private Partnership fuq it-toroq. Issemma wkoll il-bżonn li jsiru xogħlijiet fiż-żewġ binjiet tal-qasam tad-djar. Il-kunsill nieda wkoll proġett li bih ġew installati CCTV cameras bi sħab mar-residenti tal-lokalità biex b’hekk jiġi assigurat aktar serħan tal-moħħ fil-kommunità.
Fl-aħħar tal-laqgħa, il-Ministru rringrazzja lill-Kunsill għax-xogħol siewi li qiegħed iwettaq u ħeġġu jibqa miexi bl-istess ritmu biex jassigura li r-residenti jinqdew kif xieraq.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017