STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-INTERN U L-AFFARIJIET PARLAMENTARI
Internet b’xejn fi 98 wi-fi spot madwar il-gżejjer Maltin
Fis-sentejn li għaddew twaħħlu 98 Wi-Fi hotspot f’postijiet pubbliċi, parks, pjazez, ġonna u playing fields madwar il-gżejjer Maltin. Aktar minn żewġ terzi minn dawn il-Wi-Fi hotspots twaħħlu mill-Kunsilli Lokali, bis-sehem tal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni (MCA), wara li rċevew fondi apposta mingħand il-Gvern. Dawn il-Wi-Fi spots saru permezz ta’ skema għall-istallazzjoni ta’ Wi-Fi f’postijiet pubbliċi.
Il-Kunsilli Lokali kollha ngħataw din l-opportunità biex jinstallaw internet bil-Wi-Fi fl-ispazji pubbliċi tagħhom. Kien il-Kunsill Lokali f’Ta’ Xbiex biss li ddeċieda li ma jieħux din l-opportunità.
Ir-rapport li xandar il-bieraħ l-istazzjon tal-Partit Laburista li hawn 21 lokalità li m’għandhomx Wi-Fi hu skorrett. One News talab lill-Ministeru tal-Ġustizzja jgħid kemm hawn Wi-Fi spots. Il-Ministeru weġibhom li lista aġġornata tista’ tinkiseb mill-Ministeru responsabbli mill-Kunsilli Lokali. One News flok kiseb l-informazzjoni aġġornata mill-Ministeru responsabbli mill-Kunsilli Lokali, kif intalab li jagħmel, straħet fuq dokument ippubblikat sena ilu li fih lista tal-Wi-Fi hotspots li l-Kunsilli Lokali kienu installaw fl-2010, jiġifieri sentejn ilu. Minn dakinhar sal-lum, il-Kunsilli Lokali kollha, għajr għall-Kunsill Lokali f’Ta’ Xbiex, bdew joffru l-internet bil-Wi-Fi b’xejn.
Ma’ din l-istqarrija qed tiġi ppubblikata l-lista sħiħa tad-98 post fejn hemm Wi-Fi b’xejn. 69 Wi-Fi hotspot kienu installati mill-Kunsilli Lokali bl-iskema offruta mill-Gvern u 29 oħra kienu installati mill-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni f’postijiet pubbliċi. Kif jindikaw dawn il-listi, hemm lokalitajiet fejn hemm aktar minn Wi-Fi hotspot wieħed.
Wi-Fi Hotspots li saru bi sħab bejn il-Kunsilli Lokali u l-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni
Ħ’Attard Pjazza Tumas Dingli
Il-Birgu Couvre Porte
Birżebbuġa Il-Bajja s-Sabiħa
Il-Fgura Pjazza R. Miller
Il-Floriana Il-Fosos
Il-Gudja Librerija Pubblika – Triq San Mark
Ħal Balzan Pjazza Bertu Fenech
Ħal Għaxaq Żona Santu Rokku
Ħal Kirkop Pjazza San Leonardo
Ħal Lija Pjazza Trasfigurazzjoni
Ħal Luqa Il-Ground tal-Futbol
Ħal Safi Ċentru tal-anzjani
Il-Ħamrun Misraħ San Pawl
Ħaż-Żabbar Ġnien il-Kunsill
Ħaż-Żebbuġ Misraħ San Filep
L-Isla Triq il-Vitorja
Il-Kalkara Misraħ Arcisqof Gonzi
Il-Marsa Triq San Tumas
L-Imġarr Ġnien Pubbliku fi triq Mons. O. Vella
Il-Mosta Pjazza Rotunda
L-Imqabba Ġnien Tfal ir-Raħal
L-Imtarfa Pjazza tar-raħal
In-Naxxar Ġnien Toni Vella
Tal-Pietà Ġnien il-Marina
Ħal Qormi Pjazza tal-Granmastru
Il-Qrendi Ġnien Dama Cecilia
Ir-Rabat Misraħ il-Parrocca
Paola Pjazza A. DePaule
San Ġiljan Pjazza Balluta
San Ġwann Misraħ Lewża
San Pawl il-Baħar Misraħ il-Bajja, Buġibba
Santa Luċija Pjazza 7 ta’ Lulju
Is-Siġġiewi Pjazza San Nikola
Tas-Sliema Ġnien l-Indipendenza
St Venera Ġnien Romeo Romano
Swieqi Ġnien Sant’ Andrija
Ħal Tarxien Ġnien fi Triq Annettu Caruana
Ix-Xgħajra Librerija Pubblika
Iż-Żurrieq Ġnien fi triq Dun Ġ. Żammit
Ħal Għargħur Ġnien il-Paċi
Birkirkara Skola Mrieħel
Il-Ġżira Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa
Ħad Dingli Daħla tas-Sienja
Marsaxlokk Pjazza Madonna Ta’ Pompei
Iklin Triq Ġuze Ellul Mercer
Mdina Pjazza San Pawl
Pembroke Ġnien Madre Tereża ta' Kalkutta
Bormla Pjazza Paolino Vassallo
Marsaskala Misraħ Mifsud Bonnici
Mellieħa Ġnien Dun Anton Debono
Iż-Żejtun Ġnien San Girgor
Il-Belt Valletta Il-Barrakka t’Isfel
Il-Fontana Triq il-Għajn
Għajnsielem Pjazza Madonna ta’ Loreto
L-Għarb Ta' Dbieġi
L-Għasri Pjazza Salvatu
Ta’ Kerċem Pjazza Orvieto
L-Imgarr, Għawdex Terminal ta’ l-Imġarr
Il-Munxar Triq Profs Il-Belt Ġuze Aquilina
In-Nadur Pjazza San Pietru u San Pawl
Il-Qala Ġnien il-Familja
Ir-Rabat (Victoria) Pjazza Indipendenza
San Lawrenz Pjazza San Lawrenz
Ta’ Sannat Pjazza Santa Margerita
Ix-Xagħra Pjazza Vitorja
Ix-Xewkija Pjazza San Gwann Battista
Ix-Xlendi Triq San Xmun
Iż-Żebbuġ Pjazza Assunta
Marsalforn Il-Menqa
Wi-fi Hotspots li saru mill-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni (MCA)
Ħ’Attard Ġnien l-Istazzjon
Birkirkara Ġnien l-Istazzjon
Bormla L-Iskola Primarja
L-Imqabba L-Iskola Primarja
L-Imsida L-Isptar Mater Dei – Outpatients
L-Imsida L-Isptar Mater Dei – Foyer
In-Naxxar Giovanni Curmi Higher Secondary School
Il-Qawra Salini
Il-Floriana Librerija Pubblika
Ħal Qormi Ġnien De La cruz
Ħal Qormi Ġnien Frederic Maempel
Paola Pjazza Sant’Ubaldesca
San Ġwann L-Iskola Primarja
San Pawl il-Baħar L-Iskola Primarja
Tas-Sliema Pjazza St Anna
Tas-Sliema L-Iskola Primarja
Tas-Sliema Ġnien Qui-Si-Sana
Tas-Sliema Triq Bisazza
Ta' Qali Ta'Qali – Park Nazzjonali
Ta' Qali Ta'Qali - Adventure Park
Il-Belt Valletta Librerija Nazzjonali
Il-Belt Valletta Pjazza San Ġorġ
Il-Belt Valletta Passports Office
Baħar iċ-Ċagħaq Baħar iċ-Ċagħaq Recreational Area
San Ġiljan Millennium Chapel
Rabat Arkivji Nazzjonali
Il-Ġżira Activities Centre
Rabat (Victoria) Sir Mikelang Refalo Centre for Further Studies
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017